Mogħdija tan-navigazzjoni

Juvenes Translatores 2013

Aħbarijiet

Juvenes Translatores 2013

  • Id-data tal-BIDU : 29/08/2013 10:53:37

Fost interess ma jaqta’ xejn, il-Kummissjoni Ewropea se torganizza l-konkors tat-traduzzjoni Juvenes Translatores għas-seba’ darba fl-2013

 

Il-konkors hu organizzat għal studenti ta’ 17-il sena fl-iskejjel madwar l-Unjoni Ewropea.

Dawn jeħtiġilhom jittraduċu test ta’ paġna waħda bejn 2 lingwi, ikunu liema jkunu, fost 24 lingwa uffiċjali tal-UE. Din is-sena t-tema tat-testi se tkun “iċ-ċittadini".

L-awturi tal-aħjar traduzzjoni minn kull pajjiż tal-UE jiġu mistiedna fi Brussell biex jirċievu premju, jiltaqgħu mal-Kummissarju għall-multilingwiżmu u jaraw kif jaħdmu t-tradutturi professjonali tal-UE.

Din se sservihom wkoll ta’ opportunità li permess tagħha jsiru jafu lil dawk bħalhom b’talent lingwistiku mill-pajjiżi l-oħrajn kollha.

L-iskejjel jistgħu jirreġistraw għall-konkors mill-1 ta’ Settembru sal-20 ta’ Ottubru bisshttp://ec.europa.eu/translatores/

Jum il-konkors: it-28 ta’ Novembru 2013

Jitħabbru r-rebbieħa / iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet: L-ewwel nofs tal-2014

Kuntatt: DGT-TRANSLATORES@ec.europa.eu  

Facebook: http://ec.europa.eu/translatores/facebook

Info sheetpdf Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel