Mogħdija tan-navigazzjoni

Fatti

L-Unjoni Ewropea għandha 'l fuq minn 60 komunità lingwistika reġjonali jew ta' minoriza indiġena. Sa 40 miljun ruħ jitkellmu regolarment lingwi reġjonali jew ta' minoranza.

Definizzjoni

Ħafna Stati Membri tal-UE jużaw id-definizzjoni tal-ilsna reġjonali jew ta' minoranza li hemm fil-“Karta Ewropea dwar l-ilsna reġjonali jew ta' minoranza pdf - 241 KB [241 KB] English (en) français (fr) ” trattat internazzjonali sorveljat mill-Kunsill tal-Ewropa. Dan jiddefinixxi l-ilsna reġjonali jew ta' minoranza bħala "dawk tradizzjonalment użati minn parti tal-popolazzjoni fi stat, iżda li m'humhiex djaletti tal-lingwi uffiċjali ta' dak l-istat u lanqas lingwi migranti jew lingwi maħluqa artifiċjalment".

Bosta ilsna jaqgħu f'din il-kategorija. L-aktar wieħed mitkellem huwa l-Katalan, b'7 miljun kelliem fi Spanja, Franza u l-belt ta' Alghero f'Sardinja. Ħafna mill-kelliema jgħixu f'komunitajiet Spanjoli fejn il-Katalan huwa użat mill-maġġoranza u għandu stat uffiċjali flimkien mal-Ispanjol.

Id-definizzjoni tkopri wkoll l-ilsna li għandhom stat aktar inċert, jew ilsna li għandhom maġġoranza f'pajjiż iżda huma użati minn minoranza f'pajjiż ieħor:

  • Saami - familja ta' ilsna mitkellma min-nies indiġeni tan-naħa ta' fuq tal-Finlandja, l-Iżvezja, in-Norveġja u l-peniżola Kola tar-Russja; xi komunitajiet tal-lingwa Saami jikkonsistu biss fi ftit mijiet u l-ilsna tagħhom huma fil-periklu tal-estinzjoni
  • Il-komunitajiet Ġermaniżi fil-Belġju, id-Danimarka, Franza u l-Italja, il-kelliema tad-Daniż fil-Ġermanja, il-komunitajiet li jitkellmu l-Albaniż u l-Grieg fl-Italja u l-komunitajiet Kroati u Sloveni fl-Italja u l-Awstrija

Lingwi li huma f'maġġoranza f'pajjiż imma f'minoranza f'ieħor ġeneralment ma jkunu mhedda. Madankollu, bl-istess mod bħal mal-Breton u l-Galliku jesperjenzaw diffikultajiet, anki dawn il-kulturi u ilsna minuri jista' jkollhom ċertu pressjoni.

Id-definizzjoni tinkludi wkoll l-ilsna mobbli mitkellma minn gruppi ta' razezz li jgħixu jew jivjaġġaw f'partijiet diversi tal-Ewropa. Il-lingwi ta' din il-kategorija jinkludu l-ilsna Yiddish, Romani u Sinti.

Ilsna ta' minoranzi uffiċjali

L-ilsna reġjonali jew ta' minoranza jista' jkollhom status uffiċjali wkoll, per eżempju l-Irlandiż u l-Lussemburgiż, li għandhom status nazzjonali fil-pajjiżi tagħhom imma għandhom ħafna karatteristiċi tal-ilsna reġjonali jew ta' minoranza.

Lingwi transkonfinali

Apparti mil-lingwi bħall-Ġermaniż li jaqbżu l-fruntieri, xi lingwi minuri jew lingwi relatati, jaqbżu l-fruntieri wkoll u, ħafna drabi jgħaqqdu komunitajiet kulturali partikolari.

Eżempji ta' dawn huma l-komunitajiet li jitkellmu l-Bask u l-Katalan fi Spanja u Franza, il-lingwi Keltiċi fi Franza, l-Irlanda u r-Renju Unit. Dawn ir-rabtiet huma importanti u jibqgħu jiġu promossi fuq il-livell inter-reġjonali, imma kważi l-komunitajiet li jitkellmu ilsna reġjonali u ta' minoranza kollha jaqsmu għad ta' interessi profondi li jikkonċernaw is-sopravivenza u l-iżvilupp tal-ilsna u l-kulturi tagħhom u r-realizzazzjoni tal-potenzjal tagħhom fl-Unjoni Ewropea.