Esperjenza ta' SMEs

Tgħallem minn dawn l-SMEs Ewropej li kisbu suċċess u kif tejbu l-bejgħ tagħhom billi ħaddmu pjanijiet innovattivi ta' mmaniġġar tal-lingwi.

Danfo AB - L-Iżvezja

Isem tal-kumpanija

Danfo AB

Prodott/Servizz

Manifattur ta' faċilitajiet sanitarji

Websajt

www.danfo.se

Nru ta' impjegati

115

Produzzjoni

€ 15-20M

Esportazzjoni bħala % tal-bejgħ

64%

Danfo tiffavorixxi aġenti lokali u kelliema nattivi, tippreferi fejn huwa possibbli li jkollha għarfien intern fil-kumpanija tal-lingwi mitkellma fis-swieq ewlenin tagħha. F'xi każi fejn dan mhuwiex possibbli, il-kumpanija tqabbad tradutturi professjonali. Peress li l-prodott tal-kumpanija huwa kulturalment speċifiku, Danfo adattat il-kontenut tal-websajt tagħha, b'kull verżjoni ta' lingwa fiha l-kontenut xieraq għal dak is-suq.

Is-swieq ta' esportazzjoni ewlenin ta' Danfo huma r-Renju Unit, in-Norveġja, id-Danimarka, l-Amerika ta' Fuq, ir-Russja, Spanja, il-Greċja, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja.

Evricom - Il-Bulgarija

Isem tal-kumpanija

Evricom Ltd

Prodott/Servizz

Fornitura u manifattura tax-xemgħat

Websajt

www.evricom.bg

Nru ta' impjegati

100

Produzzjoni

€ 3-5M

Esportazzjoni bħala % tal-bejgħ

70%

Kull impjegat irid ikun jaf jitkellem bl-Ingliż, iżda l-maġġoranza jitkellmu żewġ lingwi barranin. Huma jużaw servizzi ta' traduzzjoni u interpretazzjoni għall-korripondenza, telefonati u negozjati. Il-kumpanija timpjega kelliema nattivi, għax dan joħloq fiduċja u jkabbar il-kapaċità tal-kumpanija. Hija tuża wkoll aġenti lokali għal appoġġ lingwistiku u kulturali. Evricom tirrikonoxxi r-relazzjoni mill-qrib bejn l-adattament tal-websajt, il-pjanijiet ta' mmaniġġar tal-lingwi u s-suċċess fil-bejgħ.

Is-swieq ewlenin ta' esportazzjoni tal-kumpanija huma l-Greċja, ir-Rumanija, il-Maċedonja, il-Ġermanja, l-Italja u l-Ġeorġja.

FILC - Is-Slovenja

Isem tal-kumpanija

Filc D.D. Menges

Prodott/Servizz

Manifattura ta' tessuti mhux minsuġa

Websajt

www.filc.si

Nru ta' impjegati

170

Produzzjoni

€ 36M (2010)

Esportazzjoni bħala % tal-bejgħ

95%+

L-FILC tqabbad kelliema nattivi u aġenti lokali għal, fost oħrajn, is-swieq Russi, Torok u Franċiżi. Kull impjegat irid ikun jaf sewwa tal-anqas żewġ lingwi barranin, iżda jintużaw ukoll tradutturi u interpreti professjonali. Il-kumpanija bbenefikat ukoll minn netwerk kbir ta' imsieħba (universitajiet u organizazzjonijet edukattivi).

Is-swieq ta' esportazzjoni ewlenin ta' FILC huma l-Ġermanja, Franza, il-Belġju, il-Kroazja, id-Danimarka u l-Irlanda.

Golla Oy - Il-Fillandja

Isem tal-kumpanija

Golla Oy

Prodott/Servizz

Disinn u bejgħ bl-imnut ta' kaxxi tal-moda għal prodotti elettroniċi li jinġarru

Websajt

www.golla.fi - www.golla.com

Nru ta' impjegati

75

Produzzjoni

€ 20-25M

Esportazzjoni bħala % tal-bejgħ

98%

Golla titkellem mal-klijenti tagħha bil-lingwa nattiva tagħhom. Il-kumpanija tqabbad kelliema nattivi, iżomm kontroll fuq il-ħiliet ta' lingwi tal-impjegati tagħha u toffrilhom taħriġ. L-uffiċċji ta' Golla fiċ-Ċina, fi Franza, fil-Ġermanja u fil-Ġappun jitmexxew kollha minn kelliema nattivi lokali.

Il-lingwa tal-kumpanija Golla hija l-Ingliż. Lingwi oħra użati huma pereżempju l-Ispanjol, il-Ġermaniż, il-Franċiż, ir-Russu, il-Ġappuniż u ċ-Ċiniż..

IKO Sales International - Il-Belġju

Isem tal-kumpanija

IKO Sales International

Prodott/Servizz

Kostruzzjoni

Websajt

www.iko.be

Nru ta' impjegati

120

Produzzjoni

€ 50-55M

Esportazzjoni bħala % tal-bejgħ

90%

Il-kumpanija timpjega persuni fuq bażi tal-ħiliet tal-lingwi tagħhom relattivament għas-swieq barranin għax il-kumpanija timxi strettament mar-regola li tikkomunika mal-klijenti tagħha bil-lingwa tagħhom. Lingwi użati: l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, is-Slovakk, iċ-Ċek, ir-Russu. L-użu tal-lingwi Slavi għas-suq tal-Ewropa tal-Lvant huwa meqjus bħala kritiku. Il-lingwi għallmu lill-impjegati l-importanza tal-għarfien ta' kulturi differenti. L-għarfien kulturali huwa importanti ħafna, pereżempju fis-simboli li l-kumpanija tuża u fil-mod kif tagħmel l-marketing globali.

Is-swieq ta' esportazzjoni ewlenin huma: il-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, l-Olanda, Franza, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovakkja, l-Italja u r-Renju Unit.

Kartographie Huber - Il-Ġermanja

Isem tal-kumpanija

Kartographie Huber

Prodott/Servizz

Edukazzjoni - Geosolutions - Kartografija

Websajt

www.kartographie.de

Nru ta' impjegati

28

Produzzjoni

€ 1-3M

Esportazzjoni bħala % tal-bejgħ

30%

Ħafna mill-pajjiżi fejn tesporta l-kumpanija Huber jużaw kemm l-Ingliż kif ukoll il-lingwa nazzjonali tagħhom, għalhekk l-impjegati kollha jridu jitkellmu bħala minimu l-Ingliż u lingwa barranija oħra, u huma jistgħu jieħdu aktar taħriġ fil-lingwi. Barra milli tqabbad kelliema nattivi, l-użu ta' aġenti lokali kien mod kif jkunu evitati problemi ta' lingwa. Il-kumpanija tgħallmet mill-problemi interkulturali u għalhekk tat taħriġ multi-kulturali lill-impjegati tagħha fil-kulturi Russi, Ungeriżi, Spanjoli, Għarab u Ingliżi.

Il-kumpanija tesporta lejn għadd ta' pajjiżi fl-Ewropa u madwar id-dinja.

Nikwax® Ltd - L-Ingilterra (Ir-Renju Unit)

Isem tal-kumpanija

Nikwax® Ltd

Prodott/Servizz

Manifattur ta' prodotti ta' kisi li jirreżisti l-ilma u prodotti ta' manutenzjoni għal ħwejjeġ żraben u tagħmir għal kull temp

Websajt

www.nikwax.co.uk - www.nikwax.com

Nru ta' impjegati

120

Produzzjoni

€ 10-15M

Esportazzjoni bħala % tal-bejgħ

61%

Il-pjan dwar il-lingwi ta' Nikwax huwa proattiv ħafna: kull parti tal-manifattura u esportazzjoni hija analizzata f'termini tal-ostakli lingwistiċi u kulturali bil-għan li dawn ikunu evitati. It-tim ta' esportazzjoni tal-kumpanija jikkonsisti f'kelliema nattivi Franċiżi, Ġermaniżi, Spanjoli, Portugiżi u Pollakki. Qabel ma jsiru żjarat lill-klijenti f'pajjiżi barranin issir riċerka kulturali u ekonomika dettaljata. L-impjegati jitkellmu żewġ lingwi barranin, u d-distributuri lokali jintużaw fil-maġġoranza tal-pajjiżi fejn issir l-esportazzjoni kif ukoll f'pajjiżi fejn il-kumpanija qed tippjana li tespandi. Il-kumpanija tinkoraġġixxi żvilupp personali permezz tat-taħriġ - kull impjegat jirċievi sussidju annwali għat-taħriġ ta' £150.

Steelpress - Il-Polonja

Isem tal-kumpanija

Steelpress

Prodott/Servizz

Produttur tal-ispare parts tat-trailers

Websajt

www.steelpress.eu - www.spp.net.pl

Nru ta' impjegati

85

Produzzjoni

€ 3-5M

Esportazzjoni bħala % tal-bejgħ

61%

L-impjegati ta' Steelpress kollha jitkellmu lingwa barranija. Huma inkorraġuti biex jattendu korsijiet ta' taħriġ fil-lingwi u l-kultura u biex jikkomunikaw ma' barranin li jkunu qed jitħarrġu. Il-kumpanija tuża wkoll tradutturi professjonali, kelliema nattivi u persuni li qed jitħarrġu għal problemi ta' lingwa. Aġenti lokali jitqabbdu sabiex jgħinu fi swieq f'żoni ġodda u l-websajt hija adattata għal diversi kulturi.

Stenders - Il-Latvja

Isem tal-kumpanija

SIA Stenders

Prodott/Servizz

Manifattur u bejjiegħ bl-imnut ta' prodotti naturali għall-banju u għal kożmetika

Webssajt

www.stenders.lv - www.stendersshop.com

Nru ta' impjegati

110

Produzzjoni

€ 5-10M

Esportazzjoni bħala % tal-bejgħ

70%

Stenders timpjega kelliema nattivi u tuża aġenti lokali, barra milli tistenna li l-impjegati tagħha jitkellmu żewġ lingwi barranin. Hija toffri wkoll lill-impjegati tagħha possibiltajiet ta' tagħlim fil-lingwa onlajn. Il-websajt tal-kumpanija bħalissa hija adattata kulturalment u tradotta fi 13-il lingwa.

Stenders tesporta madwar 70% tal-prodotti tagħha lil aktar minn 20 destinazzjoni. Ir-Russja, il-Polonja, iċ-Ċina, l-Ukrajna u l-Estonia huma s-swieq ewlenin.

Tarmeko Spoon - L-Estonja

Isem tal-kumpanija

Tarmeko Spoon

Prodott/Servizz

Manifattura ta injam u prodotti magħmula mill-injam u sufri barra għamara

Websajt

www.tarmeko.ee

Nru ta' impjegati

80

Produzzjoni

€ 4.2M

Esportazzjoni bħala % tal-bejgħ

65%

Tarmeko timmira li tikkomunika bil-lingwa tal-klijent fil-bidu meta tistabbilixxi r-relazzjoni kummerċjali, qabel ma tikkomunika f'lingwa ta' użu komuni meta tidħol għal negozjati kummerċjali aktar serji. Il-kumpanija tqabbad kelliema nattivi u tuża l-aġenti lokali; hija toffri wkoll korsijiet fil-lingwi onlajn lill-impjegati tagħha. Il-websajt ġiet adattata b'erba' lingwi differenti, b'aktar lingwi mistennija jiżdiedu fil-futur.

L-aħħar aġġornament: 20/06/2011 | Fuq