Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Jum Ewropew tal-Lingwi

Dwar xiex inhu?

Il-Jum Ewropew tal-Lingwi hu avveniment annwali li jsir fis-26 ta' Settembru. Hu jiċċelebra d-diversità lingwistika ta' kontinent

Lowgo tal-JEL © Kunsill tal-Ewropa

  • b'aktar minn 200 lingwa Ewropea,
  • b'24 lingwa uffiċjali tal-UE,
  • b'madwar 60 lingwa reġjonali/minoritarja,
  • u bosta oħrajn mitkellmin minn nies minn bnadi oħrajn tad-dinja.
Għaliex jiġi ċelebrat dan il-jum?

Din hi opportunità sabiex:

  • jitqajjem għarfien dwar il-varjetà wiesgħa tal-lingwi fl-Ewropa,
  • jiġu promossi l-kultura u d-diversità lingwistika,
  • jitħeġġu n-nies fl-etajiet kollha sabiex jitgħallmu l-lingwi - l-għarfien ta' aktar minn lingwa waħda jagħmilha eħfef biex jinstab impjieg u jgħin lin-negozji jikbru.
X'qed jiġri?

Klassijiet tal-lingwi, logħob, diskorsi, konferenzi, programmi tar-radju … semmi xi ħaġa, u se tkun qed tiġri xi mkien fl-Ewropa — sew fil-jum proprju jew fil-ġimgħat ta' qabel u wara s-26 ta' Settembru.

L-organizzazzjonijiet nazzjonali, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Kunsill tal-Ewropa jaħdmu flimkien biex joħolqu programm varjat għal kull grupp ta’ età.

Aktar informazzjoni dwar l-avveniment tal-2014 tinstab:

Min jinsab warajh?

Il-Jum Ewropew tal-Lingwi ġie dikjarat mill-Kunsill tal-Ewropa, li jirrappreżenta 800 miljun Ewropew minn 47 pajjiż. Ħafna lingwi u istituti kulturali, assoċjazzjonijiet, universitajiet u, b'mod partikulari, l-iskejjel jieħdu sehem fih. Sar għall-ewwel darba fl-2001 — is-Sena Ewropea tal-Lingwi — il-Jum tal-Lingwi ġie ċelebrat kull sena minn dakinhar 'l hawn.