Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Marka tal-Lingwa Ewropea

Il-Marla tal-Lingwa EwropeaIl-Marka Ewropea għall-proġetti innovattivi fit-tagħlim tal-lingwi

Il-Marka Ewropea hija premju li jħeġġeġ inizjattivi ġodda fil-qasam tat-tagħlim tal-lingwi, li jippremja metodi ġodda fit-tagħlim tal-lingwi, ixerred l-għarfien ta’ l-eżistenza tagħhom u b’hekk jimbotta l-quddiem prattika tajba. Il-Marka hi miftuħa għall-oqsma kollha ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ, hi x’ inhi l-età jew il-metodi li jintużaw, bil-għan prinċipali tagħha jkun li timbotta l-quddiem l-innovazzjoni fit-tagħlim tal-lingwi. Billi tgħin proġetti innovativi, fuq livell lokali u dak nazzjonali, il-Marka tfittex li tgħolli l-livell tat-tagħlim tal-lingwi fl-Ewropa. Kull sena, il-Marka tingħata lill-proġetti fil-tagħlim tal-lingwi l-iżjed innovattivi f’kull pajjiż li jipparteċipa f’din l-iskema. Hi kkordinata mill-Kummissjoni Ewropea, imma amministrata mill-Istati Membri individwali, b’ġurija nazzjonali li tiddeċiedi fuq kriterji ddettaljati.

Il-kriterji ġenerali biex tirbaħ premju huma miftehma fuq livell Ewropew, imma pajjiżi individwali jistgħu idaħħlu l-kriterji tagħhom.

Il-kriterji Ewropej

  1. L-inizjattivi jridu jkunu komprensivi fil-metodi tagħhom. Kull aspett tal-proġett tal-lingwa – minn studenti sa għalliema, minn metodi sa materjali – iridu jiżguraw illi l-bżonnijiet ta’ l-istudenti ikunu identifikati u mwieġba.
  2. L-inizjattivi għandhom jipprovdu valur miżjud fil-kuntest nazzjonali. Dan ifisser titjib tanġibli fit-tagħlim tal-lingwi, f’termini ta’ kwantità jew ta’ kwalità. “Kwanità” tista’ tirreferi għal proġett li jistimula t-tagħlim ta’ ħafna lingwi, b’mod partikulari dawk l-inqas mifruxa, filwaqt li "kwalità” tista’ tirreferi għall-introduzzjoni ta’ metodoloġija aħjar.
  3. L-inizjattivi għandhom jimmotivaw l-istudenti u l-għalliema sabiex itejbu il-ħiliet lingwistiċi tagħhom.
  4. L-inizjattivi għandhom ikunu oriġinali u krejattivi. Għandhom jintroduċu metodi oriġinali għat-tagħlim tal-lingwi, filwaqt li jiżguraw li jgħoddu għall-istudenti ikkonċernati.
  5. L-inizjattivi għandu jkollhom enfasi Ewropew. Għandhom jiġu adattati għad-diversità lingwistika ta’ l-Ewropa u jagħmlu użu minn dan il-vantaġġ – per eżempju, billi jagħmlu kuntatti f’pajjiżi oħra. L-inizjattivi għandhom b’mod attiv itejbu l-għarfien bejn il-kulturi permezz tal-ħiliet fil-lingwi.
  6. L-inizjattivi għandhom ikunu trasferribli. Potenzjalment jistgħu ikunu sors ta’ ispirazzjoni għal inizjattivi oħra fil-lingwa ġo pajjiżi oħra.

Kif tapplika

Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb mil- lista ta’ kuntatti English (en) fejn kull pajjiż għandu l-websajt tiegħu li tagħti informazzjoni dwar il-Marka.

Sir af iktar

  • Il-prijoritajiet Ewropej għall-Kampanji tal-Marka fl-2012 u l-2013 pdf - 14 KB [14 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr)
  • Il-prijoritajiet Ewropej għall-Kampanji tal-Marka fl-2010 u l-2011 pdf - 11 KB [11 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr)
  • Il-Marka Ewropea tal-lingwi Il-prijoritajiet Ewropej għall-Kampanji tal-Marka fl-2008 u l-2009 pdf - 14 KB [14 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr)
  • Bażi tad-dejta dwar il-marki tal-lingwa
  • Arkivji: 

archive

  • It-Tielet Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Marka Ewropea għal Proġetti Innovattivi fit-Tagħlim tal-Lingwi: 2005-2007 pdf - 40 KB [40 KB] English (en)
  • It-tieni rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Marka Ewropea għall-Proġetti Innovativi fit-Tagħlim tal-Lingwi:2002-2004 pdf - 136 KB [136 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr)
  • Il-Marka Ewropea għall-Proġetti Innovattivi fit-Tagħlim tal-Lingwi:1999-2001 pdf - 214 KB [214 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr)

archive