Avviż Legali Importanti
   
Sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità ta' l-ġenituri >>> Tagħrif
 
Tagħrif
L-Awtoritajiet
 
 
 
Niżżel l-Acrobat Reader
 
  TAGĦRIF
 
 

Regolament 2201/2003

 

Dan ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea ħlief għad-Danimarka.

 

Sentenza mogħtija fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-ħtieġa ta' ebda proċedura speċjali.

 

Sentenza mogħtija fi Stat Membru u li hija infurzabbli f'dak l-Istat għandha tiġi infurzata fi Stat Membru ieħor meta, fuq rikors minn xi parti li jkollha interess, tkun ġiet iddikjarata infurzabbli hemmhekk. Rikors għal dikjarazzjoni ta' infurzabbiltà għandu jiġi ppreżentat lill-qorti li tidher taħt Sib qorti għal rikors. L-appell kontra d-deċiżjoni dwar ir-rikors għal dikjarazzjoni ta' infurzabbiltà għandu jiġi ppreżentat lill-qorti li tidher fuq il-lista Sib qorti għal appell.

 

Is-sentenzi dwar id-drittijiet ta' aċċess u sentenzi dwar l-għoti lura ta' tifel jew tifla huma rikonoxxuti u infurzabbli fi Stati Membri oħrajn, mingħajr il-ħtieġa ta' dikjarazzjoni ta' infurzabbiltà, kemm-il darba jintbagħat ċertifikat magħhom.

 

Ir-Regolament jipprovdi għal erba' formoli standard.

 

Kull Stat Membru għandu jinnomina ta' mill-inqas awtorità ċentrali waħda biex tgħin bl-applikazzjoni tar-Regolament.

 

L-ATLAS jagħtik informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u jipprovdilek mod faċli biex timla l-formoli.

 

L-informazzjoni pprovduta mill-Kroazja dwar il-kooperazzjoni ġudizzjali fi kwistjonijiet ċivili hi disponibbli il-Portal Ewropew Ġustizzja-e

 

Il-formoli jinsabu biss fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja-e.

Quċċata tal-paġna
 
  ĠABRA FIL-QOSOR
 
 
 
Quċċata tal-paġna