Mogħdija tan-navigazzjoni

Agħti l-opinjoni tiegħek!

Għin biex tifforma Politika Ġudizzjarja Ewropea- wieġeb għal konsultazzjonijiet pubbliċi.

Meta tkun qed tiżviluppa politika u leġiżlazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea tikkonsulta b'mod wiesa' maċ-ċittadini u mal-partijiet interessati tal-UE grazzi għall-konsultazzjonijiet pubbliċi.

Ara x'konsultazzjonijiet pubbliċi hemm għaddejjin:

Agħti l-opinjoni tiegħek bil-konsultazzjonijiet li għaddejjin bħalissa. Tista' wkoll issib dettalji dwar konsultazzjonijiet pubbliċi preċedenti, inklużi t-tweġibiet rċevuti u l-azzjonijiet ta' segwitu li ttieħdu.

Għal ħarsa ġenerali sħiħa ta' konsultazzjonijiet pubbliċi mnedija mill-Kummissjoni Ewropea, ara 'Il-Vuċi Tiegħek fl-Ewropa'. Tista' tabbona wkoll biex tirċievi informazzjoni dwar pjanijiet direzzjonali u konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin ippubblikati reċentement permezz ta' email.

Kontribuzzjonijiet minn organizzazzjonijiet: għidilna xi ftit dwarek!

Kemm individwi kif ukoll organizzazzjonijiet (NGOs, assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u intrapriżi kummerċjali, eċċ.) huma mistiedna jikkontribwixxu f'konsultazzjonijiet pubbliċi. Madankollu, fl-interessi tat-trasparenza, l-organizzazzjonijiet huma mistiedna jipprovdu lill-pubbliku b'informazzjoni relevanti dwarhom billi jirreġistraw fir-Reġistru Rappreżentattiv tal-Interess u jissottoskrivu mal-Kodiċi ta' Kondotta tiegħu.

Organizzazzjonijiet reġistrati

Il-kontribuzzjoni tiegħek sejra titqies bħala l-opinjoni tal-organizzazzjoni tiegħek, jekk tindika l-isem u l-indirizz tal-organizzazzjoni tiegħek u n-numru tal-identità tiegħek tar-Reġistru fl-ewwel paġna tal-kontribuzzjoni tiegħek.

Organizzazzjonijiet mhux reġistrati

Jekk jogħġbok, Irreġistra issa! Imbagħad issottometti l-kontribuzzjoni tiegħek bħala organizzazzjoni reġistrata. Jekk organizzazzjoni tiddeċiedi li mhux se tirreġistra, il-kontribuzzjoni tagħha tkun ippubblikata bħala kontribuzzjoni individwali. (Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara l-Komunikazzjoni dwar l-Istandards ta' Konsultazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar il-prosegwiment għall-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza).