Mogħdija tan-navigazzjoni

Agħżel is-suġġett tal-kamra tal-aħbarijiet

Ġustizzja - Newsroom

Materjal ġdid dwar id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel issa huwa disponibbli

Data: 02/03/2012

Klipp ġdid fuq il-web li jenfasizza l-assurdità tal-inugwaljanzi fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel huwa fost il-materjal ġdid li issa huwa disponibbli fuq dan is-sit elettroniku. Nistiednuk li tgħaddih lill-kuntatti tiegħek biex tgħin fl-iżgurar li dan jasal għand udjenza kbira.

Affarijiet oħrajn jinkludu brochure ġdid, li jesplora d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, il-kawżi tagħha u l-benefiċċji li din titnaqqas u huwa disponibbli wkoll fi 22 lingwa tal-UE, posters ġodda jistgħu jitniżżlu u jiġu stampati, u kwizz li juża mistoqsijiet bi tweġibiet multipli sabiex jispjega d-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE, inkluż il-kawżi u l-impatti tagħha fuq ħajjet in-nisa. Din l-għodda tista’ tintuża bħala parti minn sessjoni ta’ taħriġ dwar id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel jew fi stand ta’ informazzjoni waqt avveniment.

Is-sit elettroniku tal-kampanja ġie aġġornat ukoll skont l-aktar żviluppi riċenti fuq kwistjonijiet relatati ma’ paga ugwali u nħolqot informazzjoni ġdida mmirata għal organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam tal-ugwaljanza. Din it-taqsima ġdida English (en) tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-modi differenti kif wieħed jista’ jgħin biex titnaqqas id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, inkluż ftehimiet kollettivi u azzjonijiet meħudin minn imsieħba soċjali, kif ukoll l-istrumenti disponibbli sabiex l-impjegaturi u l-impjegati jkunu megħjunin biex jidentifikaw jekk teżistix diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel.

Ġustizzja - News