Il-missjoni tagħna
Nibnu qasam Ewropew tal-ġustizzja.
F'Ewropa ta' fruntieri miftuħa, aktar u aktar nies qegħdin jgħixu, jaħdmu u jagħmlu negozju f'pajjiżi oħrajn tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea trid tagħmel il-ħajja aktar faċli għalihom billi tibni qasam tal-ġustizzja mifrux mal-UE kollha. L-għan huwa li toffri soluzzjonijiet prattiċi għall-problemi transkonfinali, sabiex iċ-ċittadini jħossuhom komdi meta jiċċaqilqu madwar l-UE u n-negozji jkunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ mis-Suq Uniku.
Xi jfisser għalija?
- Rispett għad-drittijiet fundamentali tiegħek mill-UE, u mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali;
- Trattament ugwali fuq il-bażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabilità, l-età u l-orjentazzjoni sesswali;
- Protezzjoni għad-dejta personali tiegħek fi bnadi oħra fl-UE;
- Aċċess għall-ġustizzja f'każ ta' diffikultajiet legali fi bnadi oħra fl-UE:
- protezzjoni u appoġġ jekk tisfa vittma tal-kriminalità;
- proċess ġust jekk tiġi akkużat b'xi reat kriminali;
- riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet ċivili bħad-divorzju, il-manteniment tal-familja, il-proprjetà u l-wirt f'sitwazzjonijiet transkonfinali.
Għad-dettalji sħaħ tal-politiki u l-attivitajiet li qegħdin jibnu l-qasam Ewropew tal-ġustizzja, agħżel il-buttuna "is-suġġetti kollha" fil-quċċata ta' din il-paġna.






