Mogħdija tan-navigazzjoni

Dwarna

Id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni Ewropea

Il-politiki tal-Ġustizzja, il-konsumaturi u l-ugwaljanza bejn is-sessi huma bbażati fuq l-egħżeż valuri u prinċipji tal-Ewropej, bħalma huma d-demokrazija, il-libertà, it-tolleranza u l-istat tad-dritt.

Fl-Unjoni Ewropea tal-lum, miljuni ta’ ċittadini huma involuti f’sitwazzjonijiet transkonfinali - jew fil-ħajja privata tagħhom, permezz tax-xogħol jew tal-istudji tagħhom, jew bħala konsumaturi.

L-Unjoni Ewropea toffri soluzzjonijiet prattiċi għal problemi transkonfinali, ħalli ċ-ċittadini jħossuhom komdi meta jgħixu, jixtru, jivvjaġġaw jew jaħdmu fi Stat Membru ieħor u jafdaw li d-drittijiet tagħhom ikunu mħarsa, irrispettivament fejn jinzertaw fl-Unjoni Ewropea .

Min hu min:

Id-Direttorat Ġenerali huwa magħmul minn ħames Direttorati - Il-Ġustizzja Ċivili, il-Ġustizzja Kriminali, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza tal-Unjoni, l-Ugwaljanza u l-Konsumaturi

Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi