Mogħdija tan-navigazzjoni

Françoise Le Bail

Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja

Françoise Le Bail inħatret bħala Direttur Ġenerali għad-DĠ l-ġdid għall-Ġustizzja fl-1 ta' Lulju 2010.

Minn Diċembru 2005 sa Ġunju 2010 kienet Viċi Direttur Ġenerali għad-DĠ għall-Intrapriża u l-Industrija. F'dan ir-rwol kienet responsabbli għall-politiki dwar l-SMEs, l-innovazzjoni u r-regolamentazzjoni. Ħadmet ukoll bħala Mibgħuta Speċjali tal-Kummissjoni għall-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (mibgħuta speċjali tal-SME).

Is-Sinj. Le Bail bdiet il-karriera tagħha fil-Kummissjoni Ewropea meta ngħaqdet mad-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni.

Mill-1985 sal-1989, kienet il-kelliema ewlenija għar-Relazzjonijiet Esterni u mbagħad, mill-1989 sal-1991, Membru u mbagħad Viċi Kap tal-Kabinett għall-Kummissarju responsabbli għat-tassazzjoni u d-dwana.

Fl-1991, marret lura għar-Relazzjonijiet Esterni u ngħaqdet mad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ fl-1997, u fl-2000 saret id-Direttur responsabbli mill-affarijiet ġenerali.

Minn Novembru 2004 sa Novembru 2005, kienet il-kelliema ewlenija tal-Kummissjoni.

Françoise Le Bail għandha Dottorat fil-Liġi u Lawrea fix-Xjenza Politika.

Is-Sinj. Le Bail għandha nazzjonalità Franċiża.

Min hu min:

Ċart tal-organizzazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja:

Françoise Le Bail

Françoise Le Bail