Mogħdija tan-navigazzjoni

Paġna Ewlenija

Relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi RSS

Bini grandjuż b'pilastri u globu fuq quddiem © Kheng Guan Toh, fotolia

Minħabba n-natura transkonfinali ta' kwistjonijiet bħall-protezzjoni tad-dejta, il-prosekuzzjoni tal-kriminali jew il-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, il-kooperazzjoni internazzjonali hija vitali biex jiġu pprovduti reazzjonijiet effettivi. F'dinja globalizzata fejn il-persuni, l-oġġetti, l-informazzjoni u l-kapital jaqsmu minn pajjiż għall-ieħor b'mod liberu, il-kooperazzjoni fil-ġustizzja lil hinn mil-livell tal-UE tikseb importanza ferm akbar.

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea български (bg)czech (cs)dansk (da)Deutsch (de)eesti (et)ελληνικά (el)English (en)español (es)Français (fr)Gaeilge (ga)italiano (it)latviešu (lv)lietuvių (lt)magyar (hu)Nederlands (nl)polski (pl)português (pt)română (ro)slovenčina (sk)slovenščina (sl)suomi (fi)svenska (sv) jobbliga lill-UE li tafferma u tippromvovi l-valuri tagħha u li tikkontribwixxi għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjoni tagħha mad-dinja usa'.

Il-mira tal-azzjoni esterna fil-qasam tal-ġustizzja hija maqsuma fi tnejn:

  • waqt li tikkontribwixxi għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-valuri fl-UE, hija tappoġġa wkoll il-promozzjoni tagħhom fil-bqija tad-dinja. L-objettivi politiċi tar-relazzjonijiet esterni tal-UE f'dan il-qasam jinkludu l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt.
  • Ir-rabtiet ekonomiċi mill-qrib f'dinja globalizzata jeħtieġu li jkunu akkumpanjati minn kooperazzjoni ġudizzjarja u kooperazzjoni fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. Għall-pajjiżi li japplikaw biex jissieħbu fl-UE, il-konformità mal-acquis dwar id-drittijiet ġudizzjarji, id-drittijiet ta' kooperazzjoni ġudizzjarja u d-drittijiet fundamentali, kif ukoll kapaċità suffiċjenti biex jimplimentaw l-acquis, hija prekondizzjoni għas-sħubija.

Il-kooperazzjoni mal-ġustizzja tiġi pprattika permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll fil-qafas ta' sħubiji strateġiċi u Ftehimiet dwar Sħubiji u Kooperazzjoni. Hija wkoll inkluża fil-politiki tal-UE dwar it-tkabbir Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  u l-viċinat Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel .

Id-diversità ta' forom li tista' tieħu l-kooperazzjoni hija riflessa fil-varjetà tal-istrumenti legali użati biex jimplimentawha: huma jinkludu ftehimiet, dikjarazzjonijiet, pjani ta' azzjoni, laqgħat ta' esperti u ministerjali, monitoraġġ u evalwazzjoni kif ukoll programmi ta' assistenza.