Għotjiet
Il-Kummissjoni tagħmel kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti fil-forma ta' għotjiet għal proġetti jew organizzazzjonijiet li jgħinu fl-implimentazzjoni ta' programmi jew politiki tal-UE.
Kif tapplika għall-għotjiet: sejħiet għall-proposti
L-istediniet biex tapplika għall-għotjiet huma maħruġa fil-forma ta' "sejħiet għall-proposti" taħt għadd ta' programmi ta' ffinanzjar
stabbiliti biex jappoġġjaw politiki u attivitajiet speċifiċi tal-UE.
Biex tapplika għall-għotjiet, wieġeb għas-sejħiet elenkati hawnhekk: Sejħiet għall-proposti tad-DĠ għall-Ġustizzja
.
Din it-taqsima tipprovdi:
- Inventarju tas-sejħiet miftuħa u skaduti għall-proposti;
- Informazzjoni u dokumentazzjoni sħiħa dwar kif twieġeb għas-sejħiet;
- Ir-riżultati tas-sejħiet malli jkunu disponibbli.
Kif isir rapport dwar l-għotjiet ta’ flus:
Ir-rapport dwar l-użu tal-għotja ta’ flus jeħtieġlu jsir b’mod strutturat u standardizzat. L-għodda u r-regoli għar-raportaġ jinsabu f'taqsima speċifika tas-sejħa għal proposti rilevanti għall-programm/għas-sena li fih/fiha ngħatatlek l-għotja li tinsab: Sejħiet għall-proposti li għalqu
Ir-regoli relatati mal-viżibilità tal-għoti ta’ fondi tad-DĠ Ġustizzja komuni għall-benefiċjarji kollha
(653 KB)
Sejħiet għall-proposti skont is-suġġett tal-politika
Ara s-sejħiet għall-proposti - dawk li bħalissa huma miftuħa (jekk hemm) u li issa huma magħluqa - f'oqsma politiċi speċifiċi:
-
Id-Drittijiet Fundamentali
-
Iċ-ċittadinanza tal-UE u l-moviment liberu
-
Il-Ġustizzja Ċivili
- Il-liġi tal-konsumaturi u tal-kummerċjalizzazzjoni (ma hemmx)
- Il-liġi tal-kuntratti (ma hemmx)
-
Il-Ġustizzja Kriminali
-
Il-protezzjoni tad-dejta
-
L-ugwaljanza bejn is-sessi
-
L-indirizzar tad-diskriminazzjoni
-
Il-politika dwar il-kontroll tal-mediċini
- Ir-relazzjonijiet ma' Pajjiżi Terzi (ma hemmx)
Programmi ta' ffinanzjar fil-qasam tal-Ġustizzja
Aktar informazzjoni dwar programmi ta' ffinanzjar individwali tal-UE rilevanti għall-Ġustizzja
.
L-informazzjoni pprovduta tinkludi l-għanijiet u l-miri tal-programmi, flimkien ma' rapporti annwali.



