Ugwaljanza bejn is-sessi

L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija waħda mill-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Din tmur lura għall-1957 meta l-prinċipju ta' paga ndaqs għal xogħol ugwali sar parti mit-Trattat ta' Ruma.
Il-kisbiet tal-Unjoni Ewropea fit-tħaddin tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għenu fit-tibdil tal-ħajja ta' bosta ċittadini Ewropej għall-aħjar.
Għalkemm għadhom jeżistu xi nuqqas ta' ugwaljanzi, l-UE għamlet progress sinifikanti matul dawn l-aħħar deċenni. B'mod ewlieni dan kien dovut l-aktar għal:
- leġiżlazzjoni ta' trattament ugwali;
- integrazzjoni tas-sessi (integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi fil-politiki l-oħrajn kollha);
- miżuri speċifiċi għall-avvanz tal-mara.
Xi tendenzi inkoraġġanti jinkludu ż-żieda fin-numru ta' nisa fis-suq tax-xogħol u l-progress tagħhom lejn li jkunu żgurati edukazzjoni u taħriġ aħjar.
Madankollu, id-diskrepanzi bejn in-nisa u l-irġiel għadhom preżenti u fis-suq tax-xogħol, in-nisa għadhom irrappreżentati żżejjed fis-setturi bi dħul baxx u mhumiex irrappreżentati biżżejjed fil-karigi tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
L-Istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel
tirrappreżenta l-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni Ewropea fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi għall-perjodu 2010-2015. Huwa qafas komprensiv li jimpenja lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki tagħha kollha għall-prijoritajiet tematiċi li ġejjin:
-
indipendenza ekonomika ugwali għan-nisa u għall-irġiel
; -
paga indaqs għal xogħol ta' valur ugwali
; -
ugwaljanza fit-teħid tad-deċiżjonijiet
; -
id-dinjità, l-integrità u t-tmiem tal-vjolenza relatata mas-sessi
; -
il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi lil hinn mill-UE
; - kwistjonijiet orizzontali (rwoli tas-sessi, leġiżlazzjoni
u għodod ta' governanza).
L-istrateġija tenfasizza l-kontribut tal-ugwaljanza bejn is-sessi għat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli , u tappoġġa l-implimentazzjoni tad-dimensjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl- Istrateġija Ewropa 2020
. Din tibni fuq il-prijoritajiet tal-Karta tan-Nisa
u fuq l-esperjenza tal-Pjan direzzjonali għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel





















.
Il-progress huwa rrapportat kull sena u jiġi ppreżentat f'Rapport dwar l-Ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel
.



