Mogħdija tan-navigazzjoni

Paġna Ewlenija

Diskrepanza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa RSS

Id-differenza fil-pagi bejn is-sessi tirrifletti d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi fis-suq tax-xogħol li, fil-prattika, taffettwa l-iktar lin-nisa. Il-kawżi tagħha huma kumplessi u interrelatati. Żur dawn il-paġni biex tifhem għaliex teżisti lakuna u tgħallem iktar dwar il-ħidma tal-UE sabiex din tingħalaq.

Il-Fuljett tal-2014 "L-indirizzar tad-diskrepanza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa fl-Unjoni Ewropea"

Fl-okkażjoni tal- Jum Ewropew tal-Ugwaljanza fil-Pagi 2014, DĠ Ġustizzja ppubblika fuljett " L-indirizzar tad-diskrepanza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa fl-Unjoni Ewropeapdf(622 kB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel ", li jinkludi statistika aġġornata, azzjonijiet tal-Kummissjoni, u eżempji ta' metodi tajbin nazzjonali.

 

 

Tifel jew tifla, opportunitajiet indaqs?

Tifel jew tifla, opportunitajiet indaqs? Dawn it-trabi twieldu b'opportunitajiet indaqs, iżda l-edukazzjoni u l-aspettattivi tal-karriera għas-subien u l-bniet huma differenti. Jekk ma jkun inbidel xejn sakemm jikbru, it-tifel se jkun jaqla' bejn wieħed u ieħor 16% iktar mit-tifla.

Xogħolna jiġi vvalutat l-istess?

Xogħolna jiġi vvalutat l-istess?In-nisa għandhom kwalifiki tajbin daqs tal-irġiel, jekk mhux aħjar. Iżda ħafna drabi l-kapaċitajiet tagħhom ma jiġux apprezzati bħal tal-irġiel u l-progress tal-karriera tagħhom ikun iktar kajman. Dan jirriżulta f’medja ta’ 16% differenza fil-pagi bejn is-sessi fl-UE.

Li jkolli tarbija ħażin għall-karriera?

Li jkolli tarbija ħażin għall-karriera?Id-dmirijiet tal-familja mhumiex maqsuma ugwalment. Bħala riżultat, in-nisa jkollhom waqfien mill-karriera iktar frekwenti u ta’ spiss ma jmorrux lura f’impjieg full time. Minħabba f'hekk, in-nisa jaqilgħu medja ta’ 16% inqas mill-irġiel għal kull siegħa; u anke 31% inqas fis-sena, minħabba proporzjon ogħla ta’ nisa ħaddiema part-time.

L-istess impjieg, l-istess pensjoni?

L-istess impjieg, l-istess pensjoni?L-effett kombinat ta' pagi inqas fis-siegħa għan-nisa u li n-nisa jaħdmu sigħat inqas mill-irġiel tul ħajjithom, jirriżulta għal pensjonijiet iktar baxxi. Dan iwassal għal iktar nisa milli rġiel li jesperjenzaw il-faqar fix-xjuħija.

Jekk jogħġbok sib hawn id-dokumenti kollha relatati mad-differenza fil-pagi bejn is-sessi Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel