Drittijiet fundamentali

L-UE hija bbażata fuq il-valuri tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, ir-regola tal-liġi u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoritajiet.
Ir-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
(il-Karta) tiġbor f'test wieħed id-drittijiet personali, ċiviċi, politiċi, ekonomiċi u soċjali li jgawdu minnhom in-nies fi ħdan l-UE.
Il-Karta saret vinkolanti legalment madwar l-UE bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona
. L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jirrispettaw id-drittijiet li hemm stabbiliti fil-Karta.
Il-Karta tapplika wkoll għall-pajjiżi tal-UE iżda biss meta huma jimplimentaw il-liġi tal-UE.
Id-dispożizzjonijiet tal-Karta ma jestendux għall-kompetenzi kif definiti fit-Trattati tal-UE. L-UE ma tistax tintervjeni fi kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali f'oqsma li fuqhom hi ja ma għandha ebda kompetenza.
Barra minn hekk, bit-Trattat ta' Lisbona, l-UE sejra taderixxi għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem
, u b'hekk sejra tagħmel il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu kompetenti sabiex tirrevedi l-atti tal-UE.
Implimentazzjoni tal-Karta
Il-Kummissjoni adottat strateġija għal implimentazzjoni effettiva tal-Karta
f'Ottubru 2010. Din għandha l-għan li tiggarantixxi li l-UE tkun tista' tiġi mċanfra jekk ma tosservax id-drittijiet fundamentali.
Bħala qafas għall-monitoraġġ tal-progress, sa mill-2010, il-Kummissjoni ppubblikat
rapport annwali
dwar l-applikazzjoni tal-Karta.
Drittijiet tat-tfal
Il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal
huma żewġ objettivi ewlenin tal-UE li t-Trattat ta' Lisbona poġġa aktar emfażi fuqhom.
Billi tistabbilixxi d-drittijiet tat-tfal, il-Karta:
- tagħraf li l-politiki tal-UE li direttament jew indirettament jaffettwaw lit-tfal għandhom ikunu mfasslin, jiġu implimentati u monitorjati filwaqt li fl-istess ħin jikkunsidraw il-prinċipju tal-aqwa interessi tat-tfal;
- tiggarantixxi d-dritt għal tali protezzjoni u kura hekk kif hemm bżonn għall-benesseri tat-tfal;
- tagħraf il-ħtieġa għall-protezzjoni tat-tfal mill-abbuż, abbandun u ksur tad-drittijiet, u sitwazzjonijiet li jpoġġu fil-perikli l-benesseri tagħhom.
Kwistjonijiet oħrajn relatati mad-Drittijiet Fundamentali
B'mod konformi mal-implimentazzjoni tal-Karta, il-Kummissjoni qiegħda tippromwovi l-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija
, l-omofobija
u l-protezzjoni ta' persuni li jappartjenu għal minoritajiet
.
Filwaqt li timplimenta l-politika dwar id-Drittijiet Fundamentali, il-Kummissjoni tiddependi fuq id-dejta u l-informazzjoni miġbura mill-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali
.



