Mogħdija tan-navigazzjoni

Home Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) Gaeilge (ga) hrvatski (hr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Malti (mt) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)
Premju “Access City 2014”

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test
pdf(231 kB)

Premju “Access ● City 2014”

L-ibliet tal-UE qed jiġu mistiedna jieħdu sehem fir-raba' edizzjoni tal-Premju “Access City “- Il-Premju Ewropew biex jagħmel lill-ibliet aktar aċċessibbli għal nies b'disabilitajiet u għall-anzjani. Il-Kummissjoni Ewropea tibqa' tħeġġeġ bliet b'aktar minn 50 000 abitant mill-Istati Membri kollha biex jippreżentaw l-attivitajiet u l-istrateġiji tagħhom imfasslin bl-iskop li jagħmlu l-ibliet mingħajr ostakoli, postijiet ta' għajxien aħjar għal kulħadd. Hija opportunità għall-ibliet tal-UE biex jesebixxu u jaqsmu ix-xogħol u l-pjani tagħhom dwar l-aċċessibilità ma' oħrajn.

L-ewwel ser ikun hemm proċess ta' għażla nazzjonali biex jintgħażlu kandidati għall-għażla Ewropea. Meta jitlesta l-proċess ta' għażla nazzjonali, l-ibliet applikanti sejrin jiġu informati liema parti mill-applikazzjoni tagħhom rċeviet l-ogħla punti u liema parti rċeviet l-inqas punti mill-ġuriji nazzjonali.

Data ta' għeluq: 10 ta' Settembru 2013, nofs il-lejl ħin ta' Brussell

Jekk jogħġbok innota li l-formola tal-applikazzjoni għandha preferibbilment timtela bl-Ingliż, iżda tiġi aċċettata wkoll bil-Franċiż u bil-Ġermaniż. Il-kwalità lingwistika mhux sejra taffettwa l-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tiegħek u huwa l-kontenut tal-attivitajiet tiegħek dwar l-aċċessibilità li sejjer ikun deċisiv għaċ-ċansijiet tiegħek li tirbaħ il-premju.

Bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tiegħek, il-linji gwida u r-regoli tal-parteċipazzjoni huma disponibbli fil-lingwi tal-UE kollha. Huwa rrakkomandat ħafna li inti taqra l-linji gwida b'attenzjoni qabel timla l-formola tal-applikazzjoni.

L-aqwa prattiċi fl-2013

L-inizjattivi tiegħek jistgħu jkunu ta' ispirazzjoni għal bliet oħrajn biex itejbu l-politika u l-attivitajiet tagħhom fil-qasam tal-aċċessibbiltà. Ir-riżultat tal-Premju “Access City 2013” u l-ibliet rebbieħa huma ppreżentati fi brochure li ġie ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea f'Marzu 2013. Fil-brochure tista' ssib informazzjoni dettaljata dwar proġetti innovattivi, fondi u informazzjoni ta' kuntatt ta' kull belt rebbieħa. Billi taqra l-brochure (fajl PDF) inti tista' tieħu idea ta' liema proġetti eżistenti tiegħek għandhom jiġu enfasizzati fl-applikazzjonijiet tiegħek. Fl-istess ħin, il-kontenut tal-brochure jista' jkun ta' ispirazzjoni għalik sabiex tibda proġetti ġodda li jtejbu l-ħajja tan-nies b'disabilitajiet u ta' anzjani.

Mili tal-formola tal-applikazzjoni

In-numru massimu ta' karattri indikat disponibbli għal kull tweġiba jinkludi l-ispazji.

Il-mod kif jingħaddu l-karattri fil-formola ta' reġistrazzjoni online jista' jkun xi ftit differenti mill-mod kif programmi bħal Microsoft Word jgħoddu l-karattri.

L-oqsma segwiti minn * huma obbligatorji.

 

Post

Ara l-bini CHARLEMAGNE français f'mappa ikbar

 

Organizzaturi tal-avveniment

Il-Kummissjoni Ewropea (Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) Gaeilge (ga) hrvatski (hr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Malti (mt) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) ).

Iċ-ċerimonja hija parti mill-Konferenza annwali tal-Jum Ewropew tal-Persuni b'Disabilità organizzata f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Forum Ewropew dwar id-Disabilità Englishfrançaisfi Brussell.

 

Kuntatt

Segretarjat Ewropew
Premju Access • City Award
e-mail: secretariat@accesscity award.eu

 

Dwar Brussell

Issib aktar informazzjoni dwar Brussell billi tikkonsulta l-links li ġejjin:

  • Ajruport ta' Brussell EnglishfrançaisNederlands
  • Skedi tat-trasport pubbliku EnglishfrançaisNederlands
  • Żur Brussell EnglishfrançaisNederlands