Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE u r-Rom

Tfal Rom © Unjoni Ewropea/Reporters

L-istituzzjonijiet Ewropej u kull pajjiż tal-UE għandhom responsabbiltà komuni li jtejbu l-ħajja ta’ ċittadini Rom tal-UE.

Ir-Rom huma l-akbar minoranza etnika fl-Ewropa.  Minn madwar 10-12-il miljun fl-Ewropa kollha, madwar sitt miljuni jgħixu fl-UE, u ħafna minnhom huma ċittadini tal-UE. Ħafna mir-Rom fl-UE huma vittmi tal-preġudizzju u tal-esklużjoni soċjali, minkejja l-fatt li l-pajjiżi tal-UE pprojbixxew diskriminazzjoni.

Min huma r-Rom?

Ir-Rom hu t-terminu użat ta’ spiss fid-dokumenti tal-politiki tal-UE u fid-diskussjonijiet, għalkemm dan jinvolvi gruppi li jinkludu diversi ismijiet bħal Roma, Żingari, Vjaġġaturi, Manuxx, Axkali, Sinti u l-Bojaxx.

Responsabbiltà konġunta

L-UE ilha tisħaq għal integrazzjoni aħjar tar-Rom (ara l-Komunikazzjoni tal-2010 dwar l-integrazzjoni ekonomika u soċjali tar-Rom fl-Ewropa), iżda jeħtieġ li jsir aktar. L-istituzzjonijiet Ewropej u kull pajjiż tal-UE għandhom responsabbiltà konġunta li dan jibdluh.

Fl-2011, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni li tisħaq għall-iżvilupp ta' strateġiji nazzjonali dwar l-integrazzjoni tar-Rom. Il-Komunikazzjoni tat dettalji dwar politiki u miżuri konkreti li għandhom jittieħdu (Komunikazzjoni dwar qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali favur l-integrazzjoni tar-Rom sal-2020. ).

Kull pajjiż ħareġ bi strateġija dwar ir-Rom jew sett ta' miżuri ta' politika integrata li ġew evalwati mill-Kummissjoni Ewropea f'Komunikazzjoni adottata fl-2012 (Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom: wieħed mill-ewwel passi fl-implimentazzjoni tal-Qafas tal-UE). Il-Kunsill Ewropew adotta rakkomandazzjoni dwar miżuri għall-integrazzjoni effettiva tar-Rom fl-Istati Membri fid-9 ta' Diċembru 2013.

Ir-rapport ta' evalwazzjoni tal-2013 (Passi 'l quddiem fl-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom) iffoka speċifikament fuq il-kundizzjonijiet strutturali meħtieġa bil-quddiem f'kull pajjiż. Dawn ir-rapporti annwali (sal-2020) jużaw informazzjoni pprovduta minn kull pajjiż, NGOs, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA). Ir-rapport tal-2014pdf(611 kB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  iħares lejn il-progress ġenerali fl-oqsma ewlenin kollha. 

Fil-qafas tad-djalogu Ewropa 2020, Il-Kummissjoni Ewropea tisħaq li jridu jsiru aktar sforzi biex nilħqu l-inklużjoni tar-Rom.

Hawnhekk issib id-dokumenti kollha relatati mar-Rom.

"Il-Ħolma Tagħna":Dokumentarju f'ħames kapitli miġbud f'ħames pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

Temi tal-ġustizzja fuq Twitter