Indirizzar tad-diskriminazzjoni
L-UE taġixxi f'isem iċ-ċittadini tal-UE biex timpedixxi milli ssir diskriminazzjoni kontrihom għal raġunijiet ta' oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, disabilità, età jew orjentazzjoni sesswali
u s-sess
.
Il-ġlieda tal-UE kontra d-diskriminazzjoni
Il-Kummissjoni Ewropea tieħu azzjoni sabiex:
-
ittejjeb l-għarfien tad-diskriminazzjoni billi żżid l-għarfien
fost il-popolazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi
tagħha u anki dwar il-benefiċċju tad-diversità; -
tappoġġa atturi intermedji bħal NGOs
, imsieħba soċjali
u korpi tal-ugwaljanza
biex ittejjeb il-kapaċità tagħhom li jiġġieldu d-diskriminazzjoni; -
tappoġġa l-iżvilupp tal-politiki dwar l-ugwaljanza fil-livell nazzjonali u tħeġġeġ l-iskambju ta' prattiċi tajbin
bejn il-pajjiżi tal-UE; -
tikseb bidla reali fil-qasam ta' kontra d-diskriminazzjoni permezz ta' attivitajiet ta' taħriġ kontra d-diskriminazzjoni
; -
timbotta għal ġestjoni tad-diversità orjentata lejn in-negozju
bħala parti minn rispons strateġiku għal soċjetà, bażi ta' klijenti, struttura tas-suq u forza tax-xogħol aktar diversifikata.
Barra miż-żewġ Direttivi (Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali u d-Direttiva ta' Qafas dwar l-Impjiegi
), f'Lulju 2008 il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni
li tippreżenta approċċ komprensiv għaż-żieda fl-azzjoni kontra d-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs u Deċiżjoni tal-Kummissjoni li toħloq grupp ta' esperti governattivi kontra d-diskriminazzjoni
.
Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġa trattament ugwali tar-Roma, l-akbar minorità etnika tal-UE. Ara l-aktar żviluppi riċenti dwar il-politika dwar ir-Roma
.



