Mogħdija tan-navigazzjoni

Paġna Ewlenija

L-età RSS

Raġel anzjan f’xogħol - Drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea - JPH Woodland

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE - Artikolu 19)pdf jippermetti lill-Unjoni Ewropea timplimenta leġiżlazzjoni Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  li tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età.

L-Artikolu 10 tat-TFUE jipprevedi li l-Kummissjoni tfittex li teħodha kontra d-diskriminazzjoni waqt it-tfassil u t-twettiq tal-politiki u l-attivitajiet kollha tagħha. Il-Kummissjoni għamlet espliċitu dan l-impenn fil-Komunikazzjoni dwar in-"Nuqqas ta’ diskriminazzjoni u opportunitajiet indaqs: Impenn imġedded", li tistabbilixxi l-qafas biex il-Kummissjoni twettaq ħidmiet differenti biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fuq bazijiet differenti, inkluża l-età.

Il-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-UE Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  tgħaqqad f'dokument wieħed id-drittijiet fundamentali protetti fl-UE. L-Artikolu 21 tagħha jipprojbixxi b’mod espliċitu d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età.