Mogħdija tan-navigazzjoni

Paġna Ewlenija

Protezzjoni ta' dejta personali RSS

connect.com © Louise Gagnon, Fotolia

Riforma tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta

Il-Kummissjoni pproponiet riforma ewlenija fil-qafas legali tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta personali. Il-proposti għandhom l-għan li jsaħħu d-drittijiet individwali u jindirizzaw l-isfidi tal-globalizzazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda. Aqra d-dettalji kollha Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel 

Il-protezzjoni tad-dejta personali tiegħek - dritt fundamentali!

Il-fluss liberu ta' dejta personali - tajjeb għal kulħadd!

Skeda informattiva dwar is-sentenza tal-ECJ dwar id-"dritt li tintesa"

Fit-13 ta' Mejju 2014, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ħabbret sentenza importanti dwar "id-dritt li tintesa", b'relazzjoni mal- magni tat-tiftix onlajn. Aqra aktar pdf(3 MB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel dettalji dwar is-sentenza tal-Qorti, il-fatti tal-każ, u kif din se taffettwak.

Kull meta tiftaħ kont bankarju, tissieħeb f'sit elettroniku ta' netwerking soċjali jew tibbukkja titjira online, inti tgħaddi informazzjoni personali vitali bħal ismek, l-indirizz tiegħek, u n-numru tal-karta tal-kreditu.

Xi jsir minn din id-dejta? Tista' taqa' f'idejn ħżiena? Xi drittijiet għandek dwar l-informazzjoni personali tiegħek?

Kulħadd għandu d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali.

Skont il-liġi tal-UE, id-dejta personali tista' tinġabar biss legalment taħt kundizzjonijiet stretti, għal għanijiet leġittimi. Barra minn hekk, persuni jew organizzazzjonijiet li jiġbru u li jiġġestixxu l-informazzjoni personali tiegħek għandhom jipproteġuha minn użu ħażin u għandhom jirrispettaw ċerti drittijiet tad-detenturi tad-dejta li huma ggarantiti bil-liġi tal-UE.

Kuljum fi ħdan l-UE, in-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi u individwi jittrasferixxu ammonti kbar ta' dejta personali minn konfini għal ieħor. Regoli ta' protezzjoni tad-dejta kunfliġġenti f'pajjiżi differenti jfixklu skambji internazzjonali. Jista' jkun ukoll li xi individwi ma jkunux lesti li jittrasferixxu dejta personali barra minn pajjiżhom jekk ma jkunux ċerti mil-livell ta' protezzjoni f'pajjiżi oħrajn.

Għaldaqstant, ġew stabbiliti regoli komuni tal-UE biex jiżguraw li d-dejta personali tiegħek tgawdi minn standard għoli ta' protezzjoni kullimkien fl-UE. Għandek id-dritt li tilmenta u li tikseb rimedju jekk id-dejta tiegħek tintuża ħażin f'xi post, kullimkien fi ħdan l-UE.

Id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta български (bg)czech (cs)dansk (da)Deutsch (de)eesti (et)ελληνικά (el)English (en)español (es)Français (fr)Gaeilge (ga)italiano (it)latviešu (lv)lietuvių (lt)magyar (hu)Nederlands (nl)polski (pl)português (pt)română (ro)slovenčina (sk)slovenščina (sl)suomi (fi)svenska (sv) tbassar ukoll regoli speċifiċi għat-trasferiment ta' dejta personali barra mill-UE sabiex tiżgura l-aqwa protezzjoni possibbli għad-dejta personali tiegħek meta din tiġi esportata barra.