Ġustizzja Kriminali

Il-ġlieda kontra l-kriminalità tinvolvi t-tisħiħ tad-djalogu u azzjoni bejn l-awtoritajiet tal-ġustizzja kriminali tal-pajjiżi tal-UE.
Għal żmien twil, l-UE ippruvat tibni qasam ta' ġustizzja kriminali Ewropew b'idejha marbuta:
- ir-regola tal-unanimità, li teħtieġ ftehim tal-gvernijiet kollha tal-UE fit-teħid ta' deċiżjonijiet, ta' spiss wasslet għall-approċċ tal-'iżgħar denominatur komuni';
- il-Kummissjoni ma kellhiex poteri ta' infurzar; u
- il-parlamenti u l-qrati ftit ikkummentaw.
Għalhekk il-progress f'dan il-qasam kien wieħed limitat, u l-fokus kien aktar fuq kwistjonijiet ta' sigurtà.
Bit-Trattat ta' Liżbona
fis-seħħ, finalment ikun possibbli l-ibbilanċjar mill-ġdid bejn is-sigurtà u l-ġustizzja.
Il-bini ta' fiduċja reċiproka
Introdotta bit-Trattat ta' Maastricht fl-1993, il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali kienet stabbilita taħt it-'tielet pilastru'. Bt-tneħħija formali tad-diviżjoni tal-pilastru, it-Trattat ta' Liżbona





















kkoreġa n-nuqqasijiet tas-sistema ta' qabel. Fl-aħħar mill-aħħar, hija tgħin biex tagħmel realtà qasam tal-ġustizzja Ewropew komuni fejn dawk li jinforzaw il-liġi nazzjonali u l-ġudikaturi jistgħu jafdaw u jiddependu fuq xulxin.
Dan ser isaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fil-ġustizzja tal-proċeduri, b'mod partikolari fil-ħarsien tad-drittijiet tagħhom meta jkunu fil-qorti f'pajjiż ieħor, u jekk jisfaw vittma ta' reati.
Iż-żieda tal-fiduċja reċiproka hija pre-kondizzjoni għar-rikonoxximent reċiproku bejn il-pajjiżi tal-UE tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji tagħhom. Biex titkabbar din il-fiduċja, għandhom jiġu stabbiliti standards minimi komuni fir-rigward tad-dritt għal proċess ġust u d-drittijiet tal-vittmi ta' reati.
Fi Stokkolma fl-2009, il-Kunsill Ewropew adotta "Il-Programm ta' Stokkolma: Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini ![]()





















".
Biex tilqa' l-isfidi futuri u tkompli ssaħħaħ il-qasam tal-ġustizzja, il-Kummissjoni adottat pjan ta' azzjoni biex jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma





















. Huwa jistabbilixxi l-prijoritajiet tal-UE f'dan il-qasam għall-perijodu 2010-14.
Titjib ippjanat fil-qasam tal-ġustizzja kriminali jinkludi:
- it-tisħiħ tal-irwol tal-Eurojust;
- il-ħolqien tal-European Public Prosecutors' Office (Uffiċċju tal-Prosekuturi Pubbliċi Ewropew);
- approċċ aktar koerenti għal sanzjonijiet kriminali, u
- drittijiet proċedurali aktar b'saħħithom u għajnuna aktar effiċjenti għall-vittmi ta' reati.



