Mogħdija tan-navigazzjoni

Paġna Ewlenija

Cookies

Biex dan is-sit web jaħdem sew, xi drabi nqiegħdu fajls żgħar ta’ dejta fuq l-apparat tiegħek, magħrufin bħala cookies. Il-biċċa l-kbira tas-siti jagħmlu dan ukoll.

X'inhuma l-cookies?

Cookie hija fajl żgħir ta' test li sit web jissejvja fuq il-kompjuter jew mowbajl tiegħek meta żżur is-sit. Din tippermetti lis-sit web li jiftakar l-azzjonijiet u l-preferenzi tiegħek (bħal-login, il-lingwa, id-daqs tat-tipa u preferenzi oħrajn) matul perjodu ta’ żmien, biex ma jkollokx toqgħod tissettjahom kull darba li terġa’ żżur is-sit jew tibbrawżja minn paġna għal oħra.

Kif nużaw il-cookies?

Il-paġni tas-sit elettroniku ta’ Ġustizzja Europa ("ec.europa.eu/justice/") jużaw għadd ta’ cookies. L-għan u n-natura ta’ kull cookie huwa spjegat hawn taħt:

  • [FontSize] Għan: biex tirreġistra l-preferenzi tad-displej tiegħek, bħas-settings tal-kulur tal-kuntrast jew id-daqs tat-tipa. Dawn il-cookies huma kritiċi għall-esperjenza tal-utent u għall-aċċessibbiltà tas-sit elettroniku*. Din il-cookie hija waħda bbażata fuq is-sessjoni u tal-ewwel parti. Hija kkontrollata mis-sit elettroniku: ec.europa.eu.
  • ReadSpeaker [ReadSpeakerHL/ReadSpeakerHLspeed/ReadSpeakerHLicon] Għan:Li tipprovdi servizz "read text aloud" (aqra t-test b’mod li jinstema’) u li tippermetti lill-utenti jikkontrollaw il-highlighting/l-għażliet tas-settings (veloċità tal-qarrej, kliem jew sentenzi biss eċċ.)…. Din il-cookie ddum erba’ t’ijiem qabel titneħħa awtomatikament (ibbażata fuq cookie permanenti) u hija kkontrollata minn ReadSpeaker.com (ibbażata fuq cookie terza parti)
  • [JSESSIONIDIPM - Survey reply confirmation] Għan: biex tirreġistra jekk inti weġibtx diġà għal stħarriġ pop-up li tistaqsi jekk il-kontenut kienx ta’ għajnuna jew le. (Dan sabiex jiġi żgurat li inti ma tiġix mistoqsi l-istess mistoqsija ripetutament). Din il-cookie hija kkontrollata mis-sit elettroniku: ec.europa.eu u hija bbażata fuq sessjoni u hija cookie bbażata fuq is-sessjoni u tal-ewwel parti.
  • [YSC/VISITOR_INFO1_LIVE - YouTube embedded videos] Għan: li tiġbor statistika anonima għal vidjows embedded b’YouTube u li tivvaluta l-prestazzjonijiet tal-vidjow embedded fis-sit elettroniku tagħna. Hemm 2 cookies differenti involuti, kollha bbażati fuq terza parti. Waħda hija permanenti (VISITOR_INFO1_LIVE) u waħda hija bbażata fuq sessjoni (YSC). Il-cookies huma kkontrollata minn YouTube (cookie terza parti).
  • [com.jeroenwijering.sol - Embeded videos] Għan: li tiġbor statistika fuq vidjows għajr vidjows fuq YouTube videos embedded fis-sit elettroniku tagħna. Din il-flash cookie tiftakar il-preferenzi tal-utent dwar il-plejer bħall-volum, il-kwalità, eċċ.. Din il-cookie hija kkontrollata mis-sit elettroniku: ec.europa.eu u hija cookie bbażata fuq is-sessjoni u cookie tal-ewwel parti
  • [eu_cookie_consent – Ftehim fuq l-użu tal-cookies] Għan: biex tirreġistra jekk qbiltx mal-użu tal-cookies f’dan is-sit.
  • [PREF/khcookie/NID – Googlemap embedded] Għan: Dawn il-cookies jintużaw minn Google sabiex jaħżnu l-preferenzi tal-utent u informazzjoni meta tara paġni b’Google maps fuqhom. Hemm 3 cookies differenti involuti, kollha bbażati fuq terza parti. Tnejn huma permanenti u waħda hija bbażata fuq is-sessjoni.

L-azzjonar ta’ dawn il-cookies mhuwiex strettament meħtieġ għas-sit elettroniku biex jaħdem iżda jagħtik esperjenza ta’ bbrawżjar aħjar. Tista’ tħassar jew timblokka dawn il-cookies, iżda jekk tagħmel dan, xi karatteristiċi tas-sit jistgħu ma jaħdmux kif maħsub.

L-informazzjoni relatata mal-cookies ma tintużax biex tidentifikak personalment. Dawn il-cookies ma jintużawx għal xi għan partikolari ħlief għal dak deskritt hawnhekk.

Kif tikkontrolla l-cookies

Tista’ tikkontrolla u/jew tħassar il-cookies kif tixtieq – għad-dettalji, ara AllAboutCookies.org. Tista’ tħassar il-cookies kollha li huma diġà fuq il-kompjuter tiegħek u tista’ tissettja l-parti l-kbira tal-brawżers biex jimblukkawhom milli jiġu maħżuna. Iżda jekk tagħmel dan, għandu mnejn ikollok toqgħod tissettja l-preferenzi manwalment kull darba li żżur is-sit u xi servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux.

Tista’ faċilment taċċetta jew tirrifjuta l-cookies fuq dan is-sit billi tagħżel waħda minn dawn il-links li ġejjin: Naċetta l-cookies / Ma naċċettax il-cookies.