Kuntratti Pubbliċi
Il-Kummissjoni tuża kuntratti pubbliċi biex tixtri prodotti u servizzi – bħal studji, assistenza teknika, konsultazzjoni, eċċ. – biex issostni l-operazzjonijiet tagħha.
Sejħiet għall-offerti
Kuntratti kummerċjali kbar jingħataw mill-Kummissjoni wara l-pubblikazzjoni ta’ "sejħiet għall-offerti", billi tistieden kumpaniji sabiex jikkompetu għal kuntratti pubbliċi. L-offerti jiġu evalwati skont regoli stretti.
Informazzjoni sħiħa dwar id-DĠ għall-Ġustizzja:
Kuntratti u sejħiet għall-offerti
:
Tinkludi dokumentazzjoni sħiħa dwar:
- kif tipparteċipa f’sejħa għall-offerti;
- tweġibiet għal mistoqsijiet dwar sejħiet għal offerti speċifiċi minn partijiet interessati;
- tħabbir ta’ kandidati b’suċċess.
Riżultati tas-sejħiet għall-offerti tad-DĠ għall-Ġustizzja: ara l-kuntratti aġġudikati tagħna.
Sejħiet għal turija ta' interess
F'każijiet speċifiċi, il-Kummissjoni tista' torganizza "Sejħa għal turija ta' interess". Dan huwa metodu ta' għażla minn qabel ta' kandidati li għandhom jiġu mistiedna, fuq il-bażi ta' kuntratti ta' servizz standard, sabiex jipparteċipaw fl-evalwazzjoni ta' applikazzjonijiet, monitoraġġ u evalwazzjoni ta' għotjiet eċċ. fil-qasam tal-Ġustizzja.
Aktar informazzjoni dwar is-sejħiet tad-DĠ Ġustizzja għal turija ta' interess hija ppubblikata fis- newsroom tal-"kuntratti" tad-DĠ Ġustizzja
.



