Liġi dwar il-konsumatur u t-tqegħid fis-suq

Fl-UE, il-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-konsumatur tiggarantixxi li kulħadd għandu d-dritt li jiġi ttrattat b'mod ġust meta jixtri oġġetti għad-dar fis-supermarkit, meta jħallas il-kont lill-fornitur tal-enerġija u meta jniżżel il-mużika.
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali
u t-Trattati Ewropej sa mill-Att Uniku Ewropew jiggarantixxu livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur fl-UE. Huwa wkoll objettiv ġenerali imfisser fl-Artikolu 12 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.
Il-leġiżlazzjoni Ewropea tiggarantixxi lill-konsumatur:
- trattament ġust;
- prodotti li jissodisfaw standards aċċettabbli;
- dritt għar-rimedju jekk xi ħaġa tmur ħażina.
Il-leġiżlazzjoni tal-UE f'oqsma oħra trid ukoll tikkunsidra l-ħarsien tal-konsumatur.
B'mod ġenerali, il-ħarsien tal-konsumatur huwa żgurat b'sett varjat ta' politiki, bħas-sigurtà tal-ikel u tal-prodotti jew il-protezzjoni tad-dejta.
Il-leġiżlazzjoni dwar il-konsumatur u t-tqegħid fis-suq hija mmirata lejn il-ħarsien tal-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi. Hija tkopri l-aktar il-prattiċi kummerċjali inġusti u l-liġi tal-konsumatur dwar il-kuntratti, bħar-reklamar qarrieqi u termini kuntrattwali mhux ġusti.
Il-liġi Ewropea dwar il-konsumatur u t-tqegħid ta' prodott hija bbażata fuq il-bażi tal-kunċett li n-nuqqas ta' ugwaljanza fir-rigward tal-informazzjoni, fejn il-bejjiegħ jaf aktar dwar il-prodott jew servizz mill-konsumatur,hija miftuħa għall-abbuż. Barra dan hemm dispożizzjonijiet li jħarsu konsumaturi vulnerabbli, bħalma huma t-tfal.
L-isfidi preżenti għall-ħarsien tal-konsumatur jeħtieġu l-ftuħ sħiħ tal-potenzjal tas-suq intern, inkluż is-suq onlajn, għaċ-ċittadini kollha biex jitneħħew l-ostakoli u titjieb il-fiduċja tal-konsumatur fix-xiri transkonfinali.
Il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-konsumatur hija kruċjali sabiex jingħelbu l-ostakoli għall-iżvilupp tas-suq intern.
Il-ħarsien tal-konsumatur għalhekk huwa parti essenzjali mill-ippjanar strateġiku tal-Kummissjoni Ewropea kif murija bl-irwol tagħha f'dawn il-Komunikazzjonijiet:














