Ċittadinanza tal-UE

Ċittadinanza tal-UE, ikkonferita awtomatikament lil kwalunkwe ċittadin tal-UE, iġġib magħha għadd ta' drittijiet importanti.
X'inhi ċ-ċittadinanza tal-UE?
- Kwalunkwe persuna li għandha ċittadinanza ta' pajjiż tal-UE hija awtomatikament ukoll ċittadin tal-UE. Ċittadinanza tal-UE hija addizzjonali għal u ma tissostitwixxix iċ-ċittadinanza nazzjonali. Hija f'idejn kull pajjiż tal-UE li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-ksib u t-telf ta' nazzjonalità ta' dak il-pajjiż.
- Iċ-ċittadinanza tal-Unjoni tiġi kkonferita direttament lil kull ċittadin tal-UE permezz tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE





















.
Xi drittijiet għandek inti bħala ċittadin tal-UE?
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jintitola d-dritt li persuna:
- timxi u tgħix b'mod liberu fi ħdan l-UE;
- tivvota għal u li toħroġ bħala kandidat/a fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u f'dawk muniċipali;
- tkun protetta mill-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari ta' kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE;
- tagħmel petizzjoni lill-Parlament Ewropew u li ddaħħal ilment għand l-Ombudsman Ewropew.
Dawn id-drittijiet japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE kollha.
Iċ-ċittadini tal-UE huma intitolati għal drittijiet oħrajn inkluż:
- id-dritt li persuna tikkuntattja u tirċievi tweġiba
mingħand kwalunkwe istituzzjoni tal-UE f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE; - id-dritt tal-aċċess għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni Ewropea
u tal-Kunsill taħt ċerti kundizzjonijiet; u - id-dritt ta' aċċess ugwali għas-Servizz Ċivili tal-UE
.
It-Trattat jipprojbixxi wkoll id-diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità





















.
It-Trattat ta' Liżbona introduċa għamla ġdida ta' parteċipazzjoni pubblika għaċ-ċittadini Ewropej, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini. Din tippermetti lil miljun ċittadin li huma ċittadini ta' għadd sinifikanti ta' pajjiżi tal-UE sabiex jitolbu direttament lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tressaq inizjattiva ta' interess
għalihom fi ħdan il-qafas tas-setgħat tagħha.
X'inhi tagħmel il-Kummissjoni Ewropea f'dan il-qasam?
Il-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni mill-Istati Membri tad-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE kif ipprovdut mit-Trattat. Fir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza 2010
tagħha, hija identifikat l-ostakoli ewlenin li ċ-ċittadini jħabbtu wiċċhom magħhom meta jagħmlu użu mid-drittijiet tal-UE tagħhom fil-ħajja tagħhom ta' kuljum, kif ukoll azzjonijiet biex jiġu eliminati dawn l-ostakoli. Ir-rapport huwa akkompanjat minn rapport dwar il-progress lejn ċittadinanza tal-UE effettiva
.
Ir-rapporti jibnu fuq ir-riżultati ta' konsultazzjoni pubblika dwar kif jissaħħu d-drittijiet ta' ċittadinanza tal-UE
(Ġunju 2010).
Linji gwida
tal-Kummissjoni maħruġa fl-2009 għamlu t-tisħiħ taċ-ċittadinanza tal-UE prijorità politika. Dan il-pass segwa rapport mill-MPE Franċiż Alain Lamasourre li talab li jkun hemm protezzjoni aħjar tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE.
Aktar tagħrif dwar id-drittijiet bħala ċittadin tal-UE: L-Ewropa Tiegħek - il-portal taċ-ċittadini



