Mogħdija tan-navigazzjoni

Paġna Ewlenija

Dwar dan is-sit

Dan is-sit elettroniku huwa kkontrollat mid-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  tal-Kummissjoni Ewropea.

X'politiki huma koperti f'dan is-sit elettroniku?

Dan is-sit elettroniku jkopri l-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Kummissjoni Ewropea relatati mal-iżvilupp ta' Żona Ewropea tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja.

X'tip ta' materjal tista' ssib fuq dan is-sit elettroniku?

  • Ħarsa ġenerali tal-politiki l-attivitajiet attwali tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-Ġustizzja
  • Aħbarijiet dwar l-aħħar żviluppi, inklużi links għal stqarrijiet għall-istampa u materjal ieħor għall-istampa
  • Links għal verżjonijiet elettroniċi ta' leġiżlazzjoni, pubblikazzjonijiet, rapporti u studji relevanti
  • Aċċess għal konsultazzjonijiet pubbliċi - l-opportunità tiegħek biex "tagħti l-opinjoni tiegħek" dwar l-iżvilupp futur tal-politiki
  • Informazzjoni dwar avvenimenti, konferenzi u attivitajiet oħrajn organizzati mill-Kummissjoni fil-qasam tal-Ġustizzja

F'liema lingwi huwa aċċessibbli dan is-sit elettroniku?

Aħna nippruvaw nippubblikaw kemm jista' jkun informazzjoni, b'mod partikolari informazzjoni mmirata għall-pubbliku ġenerali, fit-23 ilsien uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel .

Madankollu, l-ispejjeż tat-traduzzjoni u n-nuqqas ta' ħin jfissru li, realistikament, mhux il-materjal kollu jista' jiġi tradott. Testi fuq l-internet aktar speċjalizzati huma aċċessibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż, bħalma huma affarijiet li huma urġenti bħal aħbarijiet. Xi materjal tekniku, inklużi rapporti u studji ferm speċjalizzati, huma aċċessibbli biss bl-Ingliż.

L-Istqarrijiet għall-Istampa tal-Unjoni Ewropea, li magħhom jintrabtu ħafna mill-aħbarijiet tagħna, huma ġeneralment aċċessibbli f'ħafna mil-lingwi uffiċjali. (ara wkoll il-bażi ta' dejta għall-istampa RAPID English .)

Il-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni Ewropea u dokumenti uffiċjali oħra huma aċċessibbli fil-lingwi uffiċjali kollha fuq is-sit elettroniku EUR-Lex tal-Kummissjoni Ewropea.

Kemm huwa aċċessibbli dan is-sit elettroniku?

Dan is-sit elettroniku jsegwi linji gwida internazzjonali għall-kontenut aċċessibbli fuq l-internet sabiex ikun jista' jsir aċċess għalih u jiġi mifhum mill-akbar numru ta' nies possibbli mingħajr diskriminazzjoni. Informazzjoni sħiħa dwar il-politika tal-aċċessibbiltà tal-Europa Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel .

Dritt tal-awtur

L-informazzjoni disponibbli fuq dan is-sit elettroniku tista' tiġi riprodotta biss bil-kundizzjoni li s-sors jiġi rikonoxxut. Ara l-avviż dwar id-dritt tal-awtur Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel .

Krediti tal-istampi u r-ritratti

Dwar l-istampi kollha użati fuq dan is-sit elettroniku, il-Kummissjoni Ewropea jew hi d-detentriċi tad-dritt tal-awtur jew kisbet il-permess xieraq biex tużahom mid-detentur(i) tad-dritt tal-awtur. Jistgħu jintużaw biss fuq is-sit elettroniku tal-EUROPA. Ir-riproduzzjoni jew kwalunkwe użu ieħor ta' dawn l-istampi mhumiex permessi.

Aċċess bil-mowbajl għal dan is-sit elettroniku

Verżjoni għal fuq il-mowbajl tas-sit tal-Ġustizzja fuq Europa disponibbli.

Aċċessa l-verżjoni għall-mowbajl:

Daħħal il-url standard (http://ec.europa.eu/justice/) mill-mobile phone jew tablet tiegħek u l-verżjoni għall-mowbajl tiġi awtomatikament imwassla għal fuq l-apparat tiegħek. Il-kontenut sejjer jadatta ruħu għad-daqs xieraq tal-iskrin u għall-orjentazzjoni xierqa.

X'informazzjoni fiha l-verżjoni għal fuq mowbajl?

Il-verżjoni tal-mowbajl fiha l-istess informazzjoni bħas-sit tad-desktop, inkluż aħbarijiet, informazzjoni dwar l-avvenimenti, opportunitajiet ta' finanzjament, dokumenti, eċċ. Madankollu, il-kontenut qiegħed jingħata fi preżentazzjoni "ħafifa" aktar xierqa għal skrins ta' daqs iżgħar u għall-ambjent teknoloġiku tal-mowbajl.

Liema apparati jistgħu jaċċessaw il-verżjoni tal-mowbajl?

Is-sit tal-mowbajl huwa ottimizzat għall-aktar smartphones u tablets moderni. Jista' jkun li ma jkunx jista' jintuża fuq mobile phones aktar antiki.

X'inhi d-differenza bejn il-verżjoni tal-mowbajl u l-verżjoni tad-desktop?

  • Il-verżjoni tal-mowbajl fiha ftit immaġnijiet u tevita domandi ta' ammonti kbar ta' dejta, liema ħaġa tista' ddewwem l-aċċess mill-apparat tal-mowbajl u żżid l-ispejjeż tad-dejta għall-utenti.
  • Il-menus u n-navigazzjoni huma adatti għal apparat tal-mowbajl. Ċerti karatteristiċi oħrajn huma modifikati wkoll sabiex jippermettu użu aktar komdu f'ambjent ta' mowbajls.
  • Fejn links iwasslu għal siti barra s-sit elettroniku tal-Ġustizzja, l-utent jittieħed għal verżjoni desktop standard sakemm dak is-sit ma jkunx adattat ukoll għal twassil awtomatiku fuq mowbajl.
  • Id-dokumenti jistgħu jitniżżlu skont l-opzjonijiet ta' download tal-apparat użat.