Decrease text Increase text
X'jgħidu l-utentiy
Hungary
“ IMI ħeffet il-kommunikazzjoni għax nistgħu nagħmlu domandi b'ilsienna u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jistgħu jaqrawhom b'ilsienhom. Il-kooperazzjoni hija aktar qrib minn qatt qabel. ”

Dr. Zsigmond András
L-Uffiċċju tal-Awtorizzazzjoni tas-Saħħa u l-Proċeduri Amministrattivi.



“ Tabiba Rumena, bil-kwalifiki professjonali tagħha rikonoxxuti awtomatikament, bagħtet ċertifikat tal-kondotta maħruġ mill-kamra tat-tobba distrettwali f'Bukarest. Skont l-informazzjoni li għandna, il-kamra tat-tobba nazzjonali kellha toħroġ dan it-tip ta' ċertifikat. Mandakollu, it-tabiba spjegat li l-kamra nazzjonali indiktilha l-awtorità distrettwali.

It-tabiba kellha tibda xogħolha fl-Awstrija fi ftit żmien u d-dokumenti l-oħra tagħha kienu se jiskadu dalwaqt. Għalhekk ikkuntattjajna l-kamra tat-tobba Rumena permezz tal-IMI. Konna sorpriżi għax irċevejna l-informazzjoni kollha meħtieġa fi żmien ġimgħa. Grazzi għat-tweġiba f'waqtha mir-Rumanija, it-tabiba setgħet tibda taħdem fiż-żmien ippjanat ”

Christiane Wucsits
Il-Kamra tat-tobba, l-Awstrija



Spain
“ Wara bosta snin ta' esperjenza fir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali, nemmen li l-IMI hija xi ħaġa li ilna nistennew u li tiftaħ il-bieb għal bosta possibbiltajiet biex negħlbu ostakli relatati mal-komunikazzjoni, is-sigurtà tat-trażmissjoni tad-dejta u l-kredibilità tat-tweġibiet.

Il-metodi attwali tal-komunikazzjoni ċertament li huma ħafna aħjar mill-imgħoddi.

Nispera biss li l-IMI issir metodu obbligatorju ta' komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għax tkun inqas effettiva jekk xi awtoritajiet kompetenti jagħżlu li jikkomunikaw mod ieħor. Grazzi, IMI. ”

Isabel Calvo
Ministru tal-Edukazzjoni - Segretarjat Ġenerali għad-Diplomi u r-Rikonoxximent tal-Kwalifiki



Germany
“ IMI hija suċċess tekniku u għall-parti l-kbira tintuża b'mod intuwittiv. Il-materjal ta' taħriġ disponibbli fuq is-sit web flimkien mat-taħriġ wiċċ imbwiċċ huma tajbin biex jiffaċilitaw introduzzjoni effettiva għas-sistema IMI. ”

Utent aħħari tal-IMI mill-Ġermanja



“ Aġenzija tal-ivvjaġġar Slovakka xtaqet tipprovdi servizzi fl-Ungerija. Kellna bżonn provi li l-aġenzija teżerċita l-attivitajiet tagħha skont il-liġi fil-Pajjiż Membru li fih stabbilita. Għalhekk bgħatna talba permezz tal-IMI u staqsejna lill-kollegi Slovakki dwar ir-rapreżentazzjoni tal-kumpanija, li huma kkonfermawlna fl-istess ġurnata. Kellna xi diffikultajiet biex nifhmu l-interpretazzjoni tal-isfond finanzjarju tal-kumpanija, għalhekk bgħatna żewġ jew tliet talbiet għal informazzjoni fl-istess ġurnata. Konna lloġġjati fis-sistema l-ħin kollu!

Bl-esperjenzi tagħna nikkonfermaw li l-IMI verament tiżgura komunikazzjoni rapida bejn l-awtoritajiet. ”

Katalin Kelemen
Uffiċċju tal-Liċenzji għall-Kummerċ, l-Ungerija



United Kingdom
“ Inkiteb illum! L-IMI hija tassew sempliċi biex tużaha u mhux se jiddispjaċik mid-deċiżjoni tiegħek. ”

Chris Korcz
Dipartiment tan-Negozju, Innovazzjoni u Ħiliet



France
“ Hija mitqla deheb. Fil-passat, xi kultant kellna nistennew tliet xhur biex nirċievu tweġiba għar-rikjesti tagħna minn xi pajjiżi. Bl-IMI, indumu jumejn. Barra minn hekk, f'xi pajjiżi jgħadduk minn ħames jew saħansitra għaxar amministrazzjonijiet differenti. Issa kemm tikkuntattja persuna waħda. Dak kollox. ”

Dr. Jackie Ahr
Ordni Professjonali Nazzjonali tat-Tobba



“ Tabiba li spiċċat l-istudji tagħna fir-Renju Unit qalet li ma setgħetx iġġib ċertifikat tal-esperjenza meħtieġa biex l-istudji tagħha jkunu rikonoxxuti. Għalhekk, ikkuntattjajna lill-Kunsill Mediku Ġenerali fir-Renju Unit permezz tal-IMI. Dan wassal għal skambju ta' informazzjoni kostruttiv u intens. Il-Kunsill Mediku Ġenerali mhux biss wera eżattament liema dokumenti kien hemm bżonn biex jinħareġ iċ-ċertifkat, iżda offra aċċess għad-dokumenti tiegħu u bagħat kopja taċ-ċertifkat malajr. B'hekk l-istudji tat-tabiba setgħu jiġu rikonoxxuti mingħajr iktar diffikultajiet ”

Christiane Wucsits
Il-Kamra tat-tobba, l-Awstrija



United Kingdom
“ Sibna l-introduzzjoni ta' IMI fil-qasam tar-regolazzjoni tal-infermiera u qwiebel esperjenza pożittiva ħafna. Mhux talli ippermettiet reżoluzzjoni tal-problemi, imma żiedet ukoll l-għarfien tagħna dwar min fil-fatt huma r-regolaturi f'kull pajjiż. Emnuni, din hija bidla kbira minn qabel. Ninsab ferħan li m'għadniex nibagħtu l-ittir lill-kollegi f'pajjiżi oħra bla garanzija jekk hux se jwieġbu jew le. ”

Darren Shell
Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel



Spain
“ Bil-ħila tal-IMI irnexxieli nsolvi każ li kien ilu wieqaf 8 xhur. Kien jikkonċerna professjonist minn Stat Membru ieħor. Użajt is-sistema u bagħtuli l-informazzjoni kollha relatata mad-dokumenti f'għaxart ijiem. Kemm ilna nużaw l-IMI diġà solvejna għexieren ta' każijiet malajr, bla diffikultajiet u b'mod dħuli. IMI saret strument essenzjali għal xogħolna. ”

Amparo Huici
Ministeru tad-Djar - Segretarjat Ġenerali għall-Kooperazzjoni u r-Relazzjonijiet bejn l-Amministrazzjonijiet



“ Waqt verifika f'suq, l-Uffiċċju Ċek tal-Liċenzji għall-Kummerċ sab negozjant mill-Polonja qed ibigħ kalzetti u ngwanti. Dan saħaq li għandu awtorizzazzjoni mill-Polonja, iżda d-dokument li wera lill-uffiċjal ma kienx fih dati. L-Uffiċċju tal-Liċenzji għall-Kummerċ ivverifika l-validità tad-dokument mal-uffiċċju Pollakk permezz tas-sistema IMI. It-tweġiba waslet malajr: Wriet li l-awtorizzazzjoni kienet fil-fatt valida. ”

František Dickelt
Uffiċċji Ċek tal-Liċenzji għall-Kummerċ



Germany
“ IMI tagħmilha ħafna aktar faċli biex nittrattaw applikazzjonijiet għar-rikonoxximent biex naraw jekk professjoni tkunx irregolata fil-pajjiż oriġinali, jekk professjonist ikunx tajjeb biex jipprattika u, fil-każ ta' professjonijiet armonizzati, jekk ir-rekwiżiti minimi jkunux sodisfatti.

IMI hija utli wkoll meta jkollna dubju dwar l-awtentiċità ta' dokument. Permezz tal-IMI tista' malajr u bla diffikultajiet tidentifika jekk ċertifikat li ġie ppreżentat lil awtorità huwiex ġenwin. Fil-każ ta' mistoqsijiet speċifiċi, madankollu, is-sett ta' mistoqsijiet lesti fl-IMI mhux dejjem ikunu rilevanti. ”

Elke Wiegand
Kunsill Reġjonali ta' Darmstadt



Germany
“ Vantaġġ kbir tal-IMI hu li biha negħlbu l-ostakli lingwistiċi. Apparti minn hekk, jekk ikun hemm mistoqsija speċifika, ikun faċli tikkuntattja direttament lill-uffiċjal permezz tal-IMI. L-użu tal-IMI mill-awtoritajiet responsabbli għar-rikonoxximenti huwa vantaġġ ukoll għall-applikanti. Iż-żmien ta' proċessar għall-applikazzjonijiet huwa ridott u m'hemmx aktar ħlasijiet għal ċertifikati fil-pajjiż oriġinali jew spejjeż ta' traduzzjoni. ”

Iris Bublitz
Kunsill Reġjonali ta' Darmstadt



“ Fix-xogħol tagħna niltaqgħu ma' ħafna dokumenti u ċertifikati differenti maħruġa minn Stati Membru differenti. Xi kultant diffiċli tivverifika jekk dawn id-dokumenti għadhomx validi jew jekk humiex oriġinali. F'każ minnhom, kellna bżonn niċċekkjaw jekk ċertifikat maħruġ mill-Ungerija kienx l-oriġinali. Użajna l-IMI biex nidentifikaw u nikkuntattjaw lill-Kamra Ungeriza tal-Inġiniera; hemiżna d-dokument u bgħatna t-talba. Kellna tweġiba fl-istess ġurnata! ”

Lenka Zuborova
Ministeru tal-Intern tar-Repubblika Slovakka
Dipartiment tal-Intraprenditorija



Netherland
“ Issa hemm sistema fl-UE (is-Sistema tal-Informazzjoni tas-Suq Intern) li r-rikjesti għall-informazzjoni awtomatikament imorru fil-post fejn suppost. Qabel konna naħdmu b'noti miktubin bl-idejn, illum il-ġurnata kollox isir b'mod diġitali. ”

Dr. L.R. Kooij
Segretarju tal-Koordinazzjoni fl-Assoċjazzjoni Rjali Medika Olandiża KNMG, Taħriġ u Reġistrazzjoni.



Hungary
“ Veru togħġobni s-sistema, u jiena interessata l-aktar fl-opportunitajiet li toffri. Lanqas biss għandi bżonn ngħid li b'kull skambju ta' informazzjoni nħossni tajba li bl-użu tas-sistema nistgħu nikkomunikaw mal-Ewropa biex insolvu kull każ partikolari. Ikun tajjeb kieku fil-ġejjieni l-IMI toħroġ aktar fil-miftuħ u li l-aktar skambji tal-informazzjoni intensivi u attivi jimmultiplikaw. ”

Katalin Kelemen
Uffiċċji Ungeriż tal-Liċenzji għall-Kummerċ

   

L-aħħar aġġornament: 20-Jul-2010