News archive
L-utenti sodisfatti bl-IMI

Fi stħarriġ reċenti fost l-utenti tal-IMI kollha, 86% ta’ dawk li wieġbu qalu li jsibu li l-IMI hi faċli li tintuża. Barra minn hekk, 71% ta’ dawk li wieġbu li diġà ppprovaw l-IMI l-ġdida qalu li sabuha aktar faċli biex tużaha mill-verżjoni l-qadima.

L-IMI l-ġdida “tidher u tinħass” ġdida u għandha preżentazzjoni b’ħafna tabs li jippermettu l-utenti li jaraw partijiet differenti tal-applikazzjoni fl-istess ħin.

Aktar dwar l-istħarriġ dwar l-utentiPDFEnglish

Tweġibiet għall-aktar mistoqsijiet frekwenti bħala rispons għall-istħarriġPDF




Ir-Regolament tal-IMI ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament tal-IMI lesta l-aħħar pass formali fi triqtu biex isir liġi. Ġie ppubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali fl-14 ta’ Novembru 2012PDF u se jidħol fis-seħħ 20 jum wara l-pubblikazzjoni, jiġifieri fl-4 ta' Diċembru 2012.




Appoġġ sħiħ għar-Regolament dwar l-IMI fil-Parlament Ewropew

Fil-11 ta’ Settembru 2012, il-Parlament Ewropew ivvota favur IMI RegulationPDF. Ir-Regolament joffri l-garanziji kollha meħtieġa għall-protezzjoni tad-dejta personali u jippermetti estensjoni flessibbli tal-IMI għal oqsma ġodda ta' politika. Dan tiġi adottata formalment mill-Kunsill fil-ġimgħat li ġejjin.

Sadanittant, l-użu tal-IMI żdied b’69% matul l-aħħar sena. Reċentement, is-sistema rreġistrat 10,000 skambju ta’ informazzjoni.




IMI for your policy area?



Direttorju tar-reġistri ġdid fl-IMI Direttorju tar-reġistri ġdid fl-IMI

Jekk għandek aċċess għall-IMI, tista' tibda tużaha biex issib reġistri miżmuma mill-awtoritajiet fl-UE. Id-direttorju tar-reġistri tal-IMI jurik, bil-lingwa tiegħek stess, informazzjoni dwar il-kontenut tar-reġistru, kundizzjonijiet tal-aċċess u l-proprjetarju tar-reġistru. Jekk ir-reġistru jkun disponibbli elettronikament, issib link diretta. Id-direttorju diġà jelenka 'l fuq minn 1000 reġistru, bħal ngħidu aħna r-reġistru Awstrijakk tal-avukati u r-reġistru Svediż tal-kummerċ u l-industrija. .

Jekk l-awtorità tiegħek iżżomm reġistru li fih il-fornituri tas-servizzi jew kwalunkwe reġistru ieħor li jista' jkun relevanti għall-kooperazzjoni tiegħek ma' awtoritajiet oħra, żidu fl-IMI! Hemm gwida FLASHEnglishli jispjega kif iżżid u ssib ir-reġistri.




Bażi legali soda għall-IMI

Fid-29 ta' Awwissu 2011, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern. Il-proposta għandha l-intenzjoni li tistabbilixxi qafas legali komprensiv għall-IMI, bl-elementi prinċipali li ġejjin:

  • sett ta' regoli komuni biex ikun żgurat li l-IMI jaħdem b'mod effiċjenti, inkluż kjarifiki dwar ir-rwoli tal-atturi differenti involuti fl-IMI;
  • qafas legali dwar l-ipproċessar tad-dejta personali fl-IMI;
  • lista ta' dispożizzjonijiet legali appoġġati mill-IMI;
  • lista ta' oqsma fejn jista' jiġi estiż l-IMI fil-futur.

Biex issir liġi, il-proposta trid tiġi approvata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Ministri.




IMI għall-Istazzjonar tal- Ħaddiema u d-drittijiet tal-Pazjenti

Mis-16 ta' Mejju 2011, l-awtortitajiet madwar l-UE li jaħdmu mal-ħaddiema stazzjonati rnexxielhom jiskambjaw informazzjoni permezz tal-IMI fuq bażi pilota. F'Marzu 2011, il-Kunsill kien adotta konklużjonijiet PDFEnglishbiex b'hekk ta l-approvazzjoni għal fażi pilota fl-użu tal-IMI għal skopijiet tad-Direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema PDF(96/71/EC).

Apparti minn hekk, il-Kunsill dan l-aħħar adotta Direttiva dwar il-kura tas-saħħa transkonfinaliPDFbil-għan li tiffaċilita l-aċċess għall-kura tas-saħħa bejn pajjiż u ieħor u tippromwovi l-kooperazzjoni fil-kura tas-saħħa bejn l-Istati Membri. Tistipoli li s-sitema tal-IMI għandha tintuża għall-iskambjar ta' informazzjoni dwar id-dritt ta' xogħol tal-professjonisti tas-saħħa. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għad iridu jaħdmu fuq id-dettalji tekniċi u proċedurali biex din id-direttiva tidħol fis-seħħ.




L-IMI fl-Att tas-Suq Uniku

Il-Kummissjoni adottat l-Att tas-Suq UnikuPDF English, bl-issettjar ta’ tnax-il azzjoni prijoritarji biex tniedi mill-ġdid is-Suq Uniku. Il-proġetti jkopru mill-mobilità tal-ħaddiema sal-finanzjament tal-intrapriżi żgħar u medji u l-protezzjoni tal-konsumatur. Il-Komunikazzjoni tidentifika t-tisħiħ u l-approfondiment ta' partenarjati bħala kundizzjoni prinċipali għas-suċċess, inkluż iċ-ċertezza legali dwar l-użu tas-sistema tal-IMI bħala l-għodda preferenzjali għall-kooperazzjoni amministrattiva.




Strateġija għall-espansjoni tal-IMI

F'partenarjat mal-Istati Membri, il-Kummissjoni fasslet strateġija dwar kif ittejjeb il-governanza tas-suq uniku billi tespandi s-sistema tal-IMI. Komunikazzjoni PDF tipproponi li jiżdiedu oqsma ta' politika ġodda fl-IMI, tiġi żviluppata iktar il-funzjonalità tal-IMI u jiġu esplorati sinerġiji ma' għodod oħra tal-IT. Dokument ta' Ħidma tal-Persunal PDFEnglish li jakkumpanjaha jelenka oqsma li jistgħu jibbenefikaw mill-użu tal-IMI.

Fl-istess ħin, il-Kummissjoni ppubblikat ukoll ir- Rapport Annwali tal-IMI PDFEnglishgħall-2010, b'fatti u ċifri dwar l-użu tal-IMI, l-iżviluppi tal-IT, kwistjonijiet legali kif ukoll l-attivitajiet ta' promozzjoni u taħriġ fl-2010.




IIl-Konferenza dwar l-IMI u d-Direttiva dwar is-Servizzi kellha suċċess kbir

Iktar minn 300 utent tal-IMI mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali tal-Ewropa kollha ħadu l-okkażjoni biex isiru jafu iktar lil xulxin u jiddiskutu metodi kif jistgħu jsaħħu l-kooperazzjoni bejniethom matul il-konferenza "L-IMI u d-Direttiva dwar is-Servizzi – Nużaw il-Potenzjal kollu". Barra dan, 1881 segwew l-avveniment f'xandira diretta permezz tal-webstreaming. Fid-diskors tal-ftuħ, Michel Barnier, il-Kummissarju għas-Suq Intern u s-Servizzi, saħaq fuq l-importanza tal-awtoritajiet kompetenti bħala  "l-għassiesa tas-suq uniku". Huwa ħeġġeġ lill-parteċipanti biex jiżviluppaw ir-"rifless tal-IMI" fix-xogħol tagħhom ta' kuljum. Ir-rispons mill-parteċipanti kien tabilħaqq pożittiv, partikuralment fir-rigward tal-gruppi ta' ħidma interattivi, li tawhom l-opportunità jiddiskutu d-diffikultajiet komuni u l-prattiki tajba mal-kontapartijiet tagħhom minn pajjiżi oħra.

Ara r-reġistrazzjoni tal-webstreaming tal-konferenza: Deutsch English French

Ritratti mill-konferenza

Programm PDF

Summary report of the Conference PDFEnglish




IMI u d-Direttiva dwar is-Servizzi: Konferenza fis-27 ta' Jannar 2011
Int utent jew koordinatur IMI fil-qasam tas-servizzi? Għandek xi opinjonijiet jew ideat għalina? Tixtieq issir taf lil persuni bħalek minn pajjiżi oħra? Jew għadek ġdid u qed tipprova tifhem kif taħdem? Mela ngħaqad magħna għall-konferenza "IMI u d-Direttiva dwar is-Servizzi – Nużaw il-potenzjal kollu", fis-27 ta' Jannar 2011 fi Brussell. Flimkien se naraw f'hiex wasalna wara sena ta' IMI u d-Direttiva dwar is-Servizzi u se niddiskutu ideat dwar kif nistgħu nsaħħu iktar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet mill-pajjiżi kollha tal-UE.

Follow the conference live online! Select a language version: Deutsch English French

You can also contribute to the conference by sending in your comments or questions via Twitter or email. Find out how to do this here:Deutsch English French


Aqra aktar »
Deutsch English French




Respons wiesa' għas-servej tal-utenti tal-IMI
It-tim tal-IMI tal-Kummissjoni jixtieq jirringrazzja bi sħiħ lil 1,292 utent tal-IMI mill-Ewropa kollha li pparteċipaw fis-servej dwar l-IMI u d-Direttiva tas-Servizzi. It-tweġibiet tagħkom tawna idea tajba tas-sitwazzjoni tagħkom u ta' ħtiġijietkom, li ċertament se nikkunsidrawhom f'xogħolna. Dawn huma r-riżultati tas-servejPDF. Jekk ħadt sehem fis-servej u għandek xi mistoqsijiet dwaru, jekk jogħġbok ikkuntattja l-koordinatur tal-IMI tiegħek.



L-IMI għandha 'l fuq minn 5000 awtorità rreġistrati
Iktar minn 5000 awtorità minn madwar l-Ewropa issa għandhom aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI). Il-5000 awtorità li rreġistrat kienet il-Muniċipalità ta' Lloret de Vistalegre (Llorito) fuq il-gżira Spanjola ta' Majorca. Merħba fl-IMI!

MARKTV jifraħ lill-membru l-ġdid tan-netwerk IMI u jispjega kif taħdem is-sistema. Ara l-filmat EnglishEspañolFrançais

Madwar 870 awtorità issa qed jużaw l-IMI f'rabta mar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali (Direttiva 2005/36/KE). Iktar minn 4800 awtorità diġà rreġistraw għall-modulu tal-IMI "Direttiva dwar is-Servizzi" (Direttiva 2006/123/KE), li beda jaħdem f'Diċembru 2009. 400 awtorità u koordinatur tal-IMI għandhom aċċess għas-sistema għaż-żewġ oqsma leġiżlattivi.



Il-verżjoni 2.0 tal-IMI tinsab onlajn
Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet il-Verżjoni 2.0 tas-sistema IMI. Il-verżjoni l-ġdida tappoġġa l-"mekkaniżmu ta’ twissija" introdott mid-Direttiva dwar is-Servizzi (2006/123/KE).

Il-mekkaniżmu ta’ twissija jobbliga lill-Istati Membri jinformaw lil xulxin meta jindunaw li fornituri ta’ servizzi jistgħu jikkawżaw ħsara lis-saħħa jew is-sikurezza tan-nies jew l-ambjent. Il-verżjoni 2.0 tal-IMI tintroduċi wkoll titjib fil-funzjoni għat-tiftix ta’ awtorità u fil-ġestjoni tad-dejta ta’ awtorità.



Issa disponibbli fil-lingwi kollha - il-fuljett ġdid tal-IMI
Il-fuljett ġdid tal-IMI wasal! Fi ftit faċċati u b’lingwa sempliċi, jispjega kif taħdem l-IMI, f'liema oqsma tintuża u kif għandu wieħed jirreġistra. Il-fuljett huwa mmirat l-aktar għall-awtoritajiet kompetenti madwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li għadhom ma jafux dwar l-IMI, imma li jista’ jkollhom bżonn jużawha.

Jeżisti bl-ilsna kollha f'verżjoni elettronika li tista' tniżżel hawn PDF. Teżisti wkoll verżjoni stampata.

Jekk taf b’awtoritajiet kompetenti li jistgħu jsibu l-IMI ta’ interess u tkun tixtieq tibgħatilhom kopja stampata tal-fuljett, jekk jogħġbok ikkuntattja l-koordinatur nazzjonali IMI ta’ pajjiżek.

Il-fuljett tal-IMI:

PDFБългарскиČeštinaDanskDeutschEesti keelΕλληνικάEnglishEspañolFrançaisItalianoLatviešu valoda
Lietuvių kalbaMagyarMaltiNederlandsPolskiPortuguêsRomânăSlovenčinaSlovenščinaSuomiSvenska



« lura
 

L-aħħar aġġornament: 21-Jun-2012