Mogħdija tan-navigazzjoni

Paġna ewlenija

Skont il-liġijiet tal-UE dwar is-suq uniku, in-nies u n-negozji għandhom ċerti drittijiet li jiċċaqilqu fiż-Żona Ekonomika Ewropea għax-xogħol, l-istudju, il-kummerċ, eċċ.

Jekk l-awtorità tiegħek hija involuta fl-implimentazzjoni ta' dawn il-liġijiet għandu mnejn ikollok bżonn tiskambja informazzjoni ma' entitajiet simili f'pajjiżi oħra.

Is-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) tippermettilek tagħmel dan. 

Għal spjegazzjoni qasira ara dan il-filmat qasir:

 

 

Aħbarijiet

18.09.2014

Rilaxx ta' verżjoni ġdida tal-IMI

Ġiet rilaxxata verżjoni ġdida tal-IMI. Fiha għandek issib li ġew issimplifikati l-istruttura tal-awtoritajiet fl-IMI u li tjieb l-immaniġġjar tal-awtoritajiet u tal-utenti. Għal aktar informazzjoni dettaljata jekk jogħġbok ikkonsulta l-gwidi tal-IMI tagħna.

23.07.2014

Ippubblikata edizzjoni ġdida tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku

Biex jitlesta r-rapport dwar l-IMI, ġew introdotti żewġ indikaturi tal-kwalità fl-edizzjoni tas-07/2014 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku.

Aċċess għall-IMI

L-utenti reġistrati biss għandhom aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni dwar is-Suq Intern (IMI)

sistema ta’ taħriġ tal-IMI

Jekk għadek ġdid/a fuq l-IMI u tixtieq tidhra s-sistema, tista' tuża s-sistema ta’ taħriġ.

Biex tagħmel dan, l-ewwel trid tirreġistra.

Għadek m'intix irreġistrat?

Ir-rikjesta tiegħek għar-reġistrazzjoni trid tiġi approvata minn koordinatur nazzjonali tal-IMI. Huma awtoritajiet kompetenti biss li jistgħu jitolbu reġistrazzjon fl-IMI.