Mogħdija tan-navigazzjoni

Dwar l-IMI

Kif taħdem l-IMI?

Tista' taqsam l-informazzjoni f'bosta modi differenti:

  • Flussi tax-xogħol 1 ma' 1;
  • Flussi tax-xogħol 1 ma' ħafna; u
  • repożitorji.

 

Flussi tax-xogħol 1 ma' 1

Awtoritajiet f'pajjiżi differenti jiskambjaw informazzjoni bl-użu ta' mistoqsijiet u tweġibiet tradotti minn qabel ("settijiet ta’ mistoqsijiet").

Eżempji attwali:

◊ rikjesti għal informazzjoni

rikjesti għal miżuri

 

Flussi tax-xogħol 1 ma' ħafna

Awtorità tibgħat informazzjoni lil ħafna riċevituri.

Eżempji attwali:

mekkaniżmu ta' twissija għall-attivitajiet tas-servizzi li jistgħu jikkawżaw ħsara serja lis-saħħa jew lis-sikurezza tal-persuni jew tal-ambjent; u

notifiki dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam in kwistjoni.

 

Repożitorji

Awtorità tista' taħżen informazzjoni f'bażi tad-dejta fl-IMI li mbagħad tkun tista' ssir aċċessibbli għall-utenti IMI kollha jew għal grupp definit ta' utenti. 

Attwalment tintuża għal kumpaniji liċenzjati biex jittrasportaw flus Ewro bit-triqpdf.

 

 

Fuq

Għala tintuża l-IMI?

  • Multilingwi - tista' tuża l-IMI bil-lingwi kollha tal-UE

◊ mistoqsijiet, tweġibiet u formoli tradotti minn qabel,

◊ traduzzjoni awtomatika disponibbli għall-informazzjoni ttajpjata fil-kaxxa għat-test ħieles.

  • Flessibbli - IMI tista' takkomoda kwalunkwe struttura amministrattiva - ċentralizzata, kompletament deċentralizzata, eċċ. Jekk tixtieq issir taf aktar, jekk jogħġbok ibgħatilna email.
  • Kompletament sikura u sistema pprovata għall-protezzjoni tad-dejta.
  • L-użu tal-IMI ma jiġġenera ebda spejjeż tal-IT għall-Istati Membri.
  • It-taħriġ u l-appoġġ huma disponibbli mill-koordinaturi nazzjonali tal-IMI.
Fuq

F'liema oqsma tintuża l-IMI?

 

QasamFunzjonalità IMI (bl-eżempji)

Professjonali
il-kwalifiki

Talbiet għal informazzjoni 
Biex tiċċekkja l-validità tal-kwalifiki għall-professjonisti li jridu jipprattikaw f'pajjiżek

Direttorju tar-reġistri
Biex issib reġistru nazzjonali ta' professjonisti (periti, kontabilisti, inġiniera, eċċ.)

SD

Servizzi

SD

Talbiet għal informazzjoni
Biex tivvervifika l-informazzjoni dwar persuna jew kumpanija barranija li trid tipprovdi servizz f'pajjiżek

Mekkaniżmu ta’ twissija 
Biex timmarka l-attività ta' fornitur tas-servizz li jista' jkollha implikazzjonijiet għas-saħħa, is-sigurtà jew l-ambjent

Direttorju tar-reġistri 
Biex issib reġistru nazzjonali tal-fornituri tas-servizz (eż. reġistri tan-negozju, reġistri tal-kummerċ) fi kwalunkwe pajjiż EEA

Notifiki
Biex tinforma lill-Kummissjoni u l-Istati Membri b'tibdiliet fil-leġiżlazzjoni dwar il-forniment ta' servizzi

Sekondar tal-ħaddiema
(proġett pilota)

 

Talbiet għal informazzjoni
Biex tiċċekkja l-kondizzjonijiet ta' impjieg għall-ħaddiema ssekondati f'pajjiżek
SD

Flus ewro
trasport

SD

Repożitorju 
Biex tiċċekkja d-dettalji tal-liċenzji għat-trasport ta' flus minn pajjiż għal ieħor

SOLVIT

 

Ġestjoni tal-każijiet
Individwi u negozji jistgħu jibagħtu l-ilmenti dwar awtoritajiet nazzjonali lin-netwerk ta' SOLVITSD

Drittijiet tal-pazjenti SD

Talbiet għal informazzjoni  
Biex tiċċekkja d-"dritt ta' prattika" ta' professjonist tas-saħħa

Direttorju tar-reġistri  
Biex issib reġistru nazzjonali tal-professjonisti tas-saħħa (tobba, speċjalisti, eċċ.)

 

Kummerċ elettroniku

 

Rikjesti għal miżuri
Biex titlob lil pajjiż ieħor jieħu miżuri speċifiċi, bħall-projbizzjoni ta' bejgħ fuq l-internet ta' oġġetti illegali

Notifiki 
Biex tinnotifika dwar miżuri li biħsiebek tieħu kontra fornituri tas-servizzi fuq l-internet f'pajjiż ieħor
SD

Fuq

Krediti IMI

Żviluppata bejn il-Kummissjoni u amministraturi nazzjonali, IMI ġiet iffinanzjata l-aktar bil-programmi IDABC u ISA

Jekk tixtieq tevalwa b'mod aktar preċiż kif l-IMI tista' tiffaċilita l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam speċifiku tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana għad-dettalji.

Għal oqsma ta' politika barra mill-qasam tas-suq Uniku, kopja tal-applikazzjoni IMI tista' ssir disponibbli f'isem ieħor.

 

ikkuntattja l-imi

Aċċess għall-IMI

L-utenti reġistrati biss għandhom aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni dwar is-Suq Intern (IMI)

sistema ta’ taħriġ tal-IMI

Jekk għadek ġdid/a fuq l-IMI u tixtieq tidhra s-sistema, tista' tuża s-sistema ta’ taħriġ.

Biex tagħmel dan, l-ewwel trid tirreġistra.

Għadek m'intix irreġistrat?

Ir-rikjesta tiegħek għar-reġistrazzjoni trid tiġi approvata minn koordinatur nazzjonali tal-IMI. Huma awtoritajiet kompetenti biss li jistgħu jitolbu reġistrazzjon fl-IMI.