Jekk mhux qed jirnexxilek taqra dan il-messaġġ, ikklikkja hawn biex tingħata aċċess għalih onlajn.
Jannar 2014

Għażiż utent tal-IMI,

F'din in-newsletter nixtiequ naġġornawk dwar il-progress fin-netwerk tal-IMI matul is-sena 2013, sena li fiha qbiżna għadd ta' fażijiet importanti.

X'KIENU L-AVVENIMENTI EWLENIN FL-2013? » « FUQ

Fi Frar, it-trattament tal-każijiet SOLVIT ġie integrat fl-IMI. Iċ-Ċentri SOLVIT fil-pajjiżi taż-ŻEE jaħdmu flimkien biex isolvu b'mod informali l-problemi li jitressqu minn ċittadini u minn negozji li jikkonċernaw l-applikazzjoni ħażina tal-leġiżlazzjoni tal-UE mill-awtoritajiet pubbliċi. Tgħallem aktar dwar SOLVIT


F'Lulju 2013, meta l-Kroazja ssieħbet mal-Unjoni Ewropea, hi wkoll issieħbet mal-komunità tal-IMI. Għalhekk tista' attwalment tikkuntattja lill-awtoritajiet Kroati permezz tas-sistema.


Minn Settembru, l-IMI tista' tintuża biex jintbagħtu notifiki skont id-Direttiva dwar is-Servizzi. Dawn in-notifiki, li fihhom informazzjoni dwar it-tibdiliet fil-leġiżlazzjoni li jirrigwardjaw il-provvediment ta' servizzi, jintbagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha. Linji gwida speċifiċi ġew ippubblikati bl-Ingliż għall-utenti ta' dan il-modulu.


Bis-saħħa tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali, il-pazjenti li jikkunsidraw li jingħataw kura medika f'pajjiż ieħor tal-UE jistgħu jitolbu lill-awtorità pubblika rilevanti biex tiċċekkja permezz tal-IMI d-dritt ta' professjonista ta' saħħa li jipprattika. Skopri aktar dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali.


Tnieda proġett pilota f'Novembru biex jappoġġa l-obbligi ta' kooperazzjoni amministrattivi stabbiliti fid-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku. L-awtoritajiet issa jistgħu jużaw l-IMI biex jiskambjaw informazzjoni li tikkonċerna miżuri li ttieħdu, jew meħtieġa li jittieħdu kontra provveditur ta' servizz tas-soċjetà ta' informazzjoni. Jekk int utent ta' dan il-modulu għandu mnejn tixtieq tikkonsulta l-linji gwida tagħna disponibbli bl-Ingliż.

X'INHU T-TITJIB LI SAR BIEX JGĦINEK TAĦDEM BL-IMI? » « FUQ

Aġġornajna u ristrutturajna l-websajt tal-IMI. Iċċekkja l-paġni b'informazzjoni ta' użu dwar l-użu tal-IMI!

Jekk trid issa tista' tittraduċi test ħieles imdaħħal fl-IMI b'kull lingwa tal-UE. Agħti daqqa ta' għajn dwar kif tuża t-traduzzjoni mekkanika.

L-AĦĦAR FATTI U ĊIFRI » « FUQ

Sa Ottubru, l-għadd totali ta' talbiet ta' informazzjoni mibgħutin permezz tal-IMI kien qabeż is-16,000. Fl-2013 biss intbagħtu kważi 6,000 talba.

Waħda minn kull erba' talbiet tal-IMI mibgħutin fl-2013 twieġbu fi żmien ġurnata. Prosit lill-awtoritajiet talli taw servizz tant tajjeb!

Ikkonsulta l-istatistika interattiva fil-websajt ġdid tagħna!

X'SE JSIR FL-2014? » « FUQ

Fil-bidu tal-2014, qasam ġdid: liċenzji għas-sewqan tal-ferroviji, se jiżdied mal-IMI. L-awtoritajiet se jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni dwar il-liċenzji fil-pussess ta' sewwieqa tal-ferroviji li jaħdmu bejn il-fruntieri fuq bażi regolari. Aktar tard matul is-sena, l-awtoritajiet fil-qasam tal-kwalifiki professjonali se jkunu jistgħu jinnotifikaw tipi ġodda ta' ċertifikati u ta' diplomi permezz tal-IMI.

Tista' tara l-vidjow dwar l-IMI. Tista' tara l-vidjow dwar l-IMI bi lsien pajjiżek. Hu jippreżenta kif taħdem l-IMI b’mod konċiż u divertenti.

Nixtiqulkom is-Sena t-Tajba b'ħafna kooperazzjoni effiċjenti bl-IMI!

It-tim tal-IMI tal-Kummissjoni Ewropea, imi-helpdesk@ec.europa.eu

Websajt tal-IMI: http://ec.europa.eu/imi-net
Jekk ikollok xi kumment, jekk jogħġbok toqgħodx lura milli tibgħatilna email! imi-helpdesk@ec.europa.eu