Jekk mhux qed jirnexxilek taqra dan il-messaġġ, ikklikkja hawn biex tarah onlajn.
Jannar 2013

Għażiż utent tal-IMI,

F'din in-newsletter nixtiequ naġġornawk dwar x'ġara fin-netwerk tal-IMI fl-2012. Kienet sena li fiha l-IMI laħqet għadd ta' fażijiet importanti.

X'KIENU L-AVVENIMENTI EWLENIN FL-2012? FUQ

L-ewwel nett, tnediet f'Mejju verżjoni aktar faċli għall-użu tal-IMI. Hi inkludiet interface ġdid għall-utent u struttura mtejba għall-menu. Hi toffri wkoll funzjonalità ġdida: ir-rapporti PDF, it-traduzzjoni mekkanika, il-possibbiltà li jintbagħtu reminders lill-kontraparti tiegħek eċċ. Spjegazzjonijiet aktar iddettaljati dwar kif dawn l-aspetti ġodda jistgħu jintużaw jinsabu disponibbli hawnhekk.


Ir-Regolament il-ġdid tal-IMI (UE) Nru 1024/2012 daħal fis-seħħ fl-4 ta' Diċembru 2012. Hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha, dan ifisser li ebda leġiżlazzjoni nazzjonali mhi meħtieġa biex jagħmluh vinkolanti. L-IMI għandha tkompli topera bl-istess mod bħal qabel, iżda se jkunu meħtieġa xi aġġustamenti. Xi jfisser għalik ir-Regolament il-ġdid?

 

  • Protezzjoni tad-dejta personali: iċ-ċittadini li d-dejta personali tagħhom tinsab f'idejn l-IMI għandhom id-dritt li jiġu informati dwarha, biex jintalab aċċess għad-dejta, biex din tiġi kkoreġuta (jew anki mħassra), skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta.
     
  • Tweġiba adegwata: l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwieġbu għar-rikjesti tal-IMI fl-iqsar perjodu ta' ħin possibbli. Il-koordinaturi tal-IMI għandhom ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jiżguraw li jingħataw tweġibiet fil-ħin u adegwati.
     
  • Valur legali tad-dokumenti: l-informazzjoni u d-dokumenti li jiġu riċevuti permezz tal-IMI minn Stati Membri oħrajn għandhom l-istess valur legali bħal dokumenti simili li joriġinaw minn pajjiżek. Dan ifisser, pereżempju, li huma jistgħu jintużaw bħala evidenza fi proċeduri amministrattivi bl-istess bażi bħal dokumenti nazzjonali simili.
     
  • Imblokkar/tħassir ta' dejta: id-dejta personali mhix se titħassar aktar b'mod awtomatiku 6 xhur wara l-għeluq tar-rikjesta tal-IMI. Minflokk, se tkun imblokkata (jiġifieri ssir inaċċessibbli b'mezzi tekniċi) u titħassar wara 3 snin. Matul dan il-perjodu, se jkun possibbli li tinstab id-dejta, iżda dan isir biss meta hu meħtieġ li jiġi pprovat li ċerta informazzjoni kienet tassew skambjata permezz tal-IMI.
     
  • Konfidenzjalità: xi informazzjoni (pereżempju informazzjoni kummerċjali sensittiva) għandha tiġi protetta anki fejn ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali ma japplikawx. Dalwaqt se jkun hemm il-possibbiltà biex jintalab trattament kunfidenzjali ta' informazzjoni ta' din ix-xorta b'mod dirett fl-IMI.

Tista' ssib aktar tagħrif dwar ir-Regolament il-ġdid hawnhekk.


Minn Novembru, l-IMI qed tappoġġa l-kooperazzjoni amministrattiva fir-4 qasam legali: it-trasport bejn il-fruntieri ta' flus ewro kontanti. Dan it-twessigħ ifisser li 12 awtoritajiet ġodda mill-pajjiżi taż-żona tal-ewro ssieħbu mal-komunità tal-IMI.

L-AĦĦAR FATTI U ĊIFRI" FUQ

F'Ġunju utent Daniż bagħat l-10,000 rikjesta ta' informazzjoni tal-IMI lill-kontraparti Norveġiża tiegħu. Barra dan, il-Ġermanja rreġistrat s-7,000 awtorità tal-IMI.

L-attività fis-sistema kibret b'60% fl-2012, meta l-utenti tal-IMI bagħtu aktar minn 4,000 rikjesta. B'addizzjoni, aktar minn nofs ir-rikjesti tal-IMI kollha twieġbu fi żmien ġimagħtejn.

Tista' tara aktar statistika dwar l-użu tal-IMI hawnhekk.

X'JAĦSBU L-UTENTI DWAR L-IMI? FUQ

L-utenti jinsabu sodisfatti bl-IMI - skont stħarriġ għall-utenti li għamilna s-sajf li għadda. 86% tar-rispondenti jaħsbu li l-IMI hi faċli li tintuża, u 71% ta' dawn l-utenti li pprovaw il-verżjoni l-ġdida jaħsbu li hi aktar faċli li tintuża minn dik ta' qabel. Tista' ssib ir-riżultati tal-istħarriġ għall-utenti u t-tweġibiet għall-aktar mistoqsijiet frekwenti hawnhekk.

X'SE JSIR FL-2013? FUQ

Fil-bidu ta' Lulju 2013, il-Kroazja se tissieħeb mal-Unjoni Ewropea u fl-IMI. B'hekk se tkun tista' tikkuntattja lill-awtoritajiet Kroati permezz tal-IMI. Komunitajiet ta' utenti ġodda se jingħaqdu wkoll magħna mill-qasam tal-kura tas-saħħa bejn il-fruntieri. U esperti tas-Servizzi u tal-Kummerċ elettroniku se jibdew jużaw l-IMI biex jinnotifikaw l-atti legali jew miżuri lill-kontrapartijiet tagħhom u lill-Kummissjoni.

Tista' tara l-vidjow tagħna dwar l-IMI bi lsien pajjiżek. Hu jippreżenta kif taħdem l-IMI b’mod konċiż u divertenti.

Nixtiqulkom is-Sena t-Tajba b'ħafna kooperazzjoni effiċjenti bl-IMI!

It-tim tal-IMI tal-Kummissjoni Ewropea, imi-helpdesk@ec.europa.eu

Il-websajt tal-IMI: http://ec.europa.eu/imi-net
Jekk ikollok xi kumment, jekk jogħġbok toqgħodx lura milli tibgħatilna email! imi-helpdesk@ec.europa.eu