Jekk mhux qed jirnexxilek taqra dan il-messaġġ, ikklikkja hawn biex tarah onlajn.
Mejju 2012
IMI ġdida - iktar faċli biex tużaha « FUQ
Il-Verżjoni 5.0. tal-IMI issa disponibbli!

Il-Kummissjoni Ewropea tejbet l-IMI abbażi tar-rispons mill-utenti. Nittamaw li l-aspetti l-ġodda tas-sistema se jgħinuk fix-xogħol ta' kuljum tiegħek.


Issa tista':

  • Tittraduċi testi u kummenti f'ħakka t'għajn *
  • Tibgħat messaġġi u tfakkiriet lill-awtorità msieħba tiegħek
  • Tehmeż dokumenti ma' rikjesta fi kwalunkwe ħin

Kif ukoll:

  • Struttura ġdida tal-menu għal navigazzjoni iktar faċli
  • Il-possibbiltà li tiftaħ tabs differenti fl-istess ħin
  • Paġna ġdida tal-għajnuna biex twieġeb għall-mistoqsijiet tiegħek

* Servizz ġdid għal traduzzjoni onlajn hi disponibbli għal prova. Għandu jkun hemm iktar titjib fil-futur.


Illoggja biex tipprova l-IMI l-ġdida! Skopri l-paġna ewlenija l-ġdida tagħna għal aktar dettalji dwar din il-verżjoni.

Qed tuża l-IMI għas-Servizzi? » « FUQ

Il-lista tal-kliem ewlieni u l-attivitajiet tas-servizzi ġew riveduti biex ikun iktar faċli għalik tiddeskrivi l-kompetenzi tal-awtorità tiegħek. Billi tagħżel il-kliem ewlieni korrett tkun qed tgħin lill-awtoritajiet imsieħba tiegħek biex isibuk malajr fil-bażi tad-dejta tal-IMI.

Jekk jogħġbok żgura li d-dejta tal-awtorità tiegħek hi preċiża u aġġornata. Ikklikkja hawn biex tagħmel dan!

Qed tuża l-IMI għall-Kwalifiki Personali? » « FUQ

L-IMI issa jkopri l-professjonijiet regolati kollha. Għandna bżonn l-għajnuna tiegħek biex din tibda taħdem fil-prattika. Diġà ġew miżjuda professjonijiet u setturi ġodda u dawn issa jistgħu jintgħażlu biex jiddeskrivu l-kompetenza tal-awtorità tiegħek.

Jekk jogħġbok iċċekkja d-dejta dwar l-awtorità tiegħek hawnhekk.


Jekk għandek xi kummenti dwar il-verżjoni l-ġdida tal-IMI, ikkuntattja l-koordinatur nazzjonali tal-IMI tiegħek jew ikkuntattjana direttament bl-email imi-helpdesk@ec.europa.eu

Sit web tal-IMI: http://ec.europa.eu/imi-net
Jekk ikollok xi kumment, jekk jogħġbok ibgħatilna email! imi-helpdesk@ec.europa.eu