Jekk ma tistax taqra dan il-messaġġ, ikklikkja hawn biex jingħatalek aċċess għalih onlajn
Novembru 2011

Proġett pilota tal-IMI għall-ippustjar tal-ħaddiema - aġġornament

Din in-newsletter tagħtik ħarsa ġenerali lejn x'ġara s'issa fil-proġett pilota tal-IMI dwar l-ippustjar tal-ħaddiema. Jekk għandek xi kummenti dwar il-proġett jew dwar l-użu tal-IMI, jekk jogħġbok ibgħatilna email hawn: imi-helpdesk@ec.europa.eu.

Fatti u ċifri» « FUQ
L-istorja tal-modulu fil-qosor

Il-modulu l-ġdid tal-IMI dwar "l-ippustjar tal-ħaddiema" ġie mniedi f'Mejju 2011 - wara li l-istati membri qalu iva għall-proġett pilota. Minn dakinhar, l-awtortitajiet madwar l-UE li jaħdmu mal-ħaddiema ppustjati rnexxielhom jiskambjaw informazzjoni permezz tal-IMI, fuq bażi sperimentali. Il-fażi pilota se ddum sena oħra. Waqt dan iż-żmien l-awtoritajiet jistgħu jittestjaw kif taħdem is-sistema fil-verità u jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar kemm hi utli u prattika. F'Mejju 2012, il-Kummissjoni se toħroġ rapport fil-qosor dwar ir-reazzjonijiet tal-utenti li ħadmu bil-modulu.


Għadd ta' rikjesti fil-qasam tal-ippustjar (kull xahar fl-2011)

Wara bidu kajman, l-użu tal-modulu żdied tajjeb minn Settembru.


Pajjiżi li jibagħtu u li jirċievu

Għadd ta' rikjesti mibgħuta minn Stat Membru (minn Mejju sa Ottubru 2011)

Għadd ta' rikjesti rċevuti minn Stat Membru (minn Mejju sa Ottubru 2011)

L-aktar mistoqsijiet frekwenti » « FUQ

Dawn huma l-mistoqsijiiet li l-awtoritajiet kompetenti involuti fil-proġett pilota tal-ippustjar tal-ħaddiema staqsew l-aktar, s'issa.

X'qed jgħidu l-utenti » « FUQ

"L-IMI għamlitilna ħajjitna aktar faċli. L-ispetturi tal-impjieg tal-Finlandja xi kultant ikollhom problemi ma' kumpaniji barranin jekk ma jjipprovdux id-dokumenti meħtieġa, pereż. kuntratti tal-impjieg ta' ħaddiema ppustjati, dokumentazzjoni tas-siegħat ta' xogħol jew dokumentazzjoni dwar il-pagi. F'dawn il-każi, il-Finlandja użat l-IMI biex titlob l-għajnuna mill-awtoritajiet tal-Estonja u l-Polonja, li għenu mill-ewwel. "Inħossu li l-IMI hija sistema tajba li tiffaċilita ferm il-kuntatt ma' awtoritajiet barranin."
(Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u x-Xogħol, Finlandja)


"L-iskambju tal-informazzjoni permezz tal-IMI hija ħafna aktar effiċjenti u mgħaġġla mill-metodi tal-imgħoddi. Mingħajr l-għarfien tar-regoli nazzjonali kien diffiċli ħafna li wieħed jiskopri kellu jibgħat il-mistoqsijiet. Illum dan huwa faċli permezz tal-IMI. Ninsabu kuntenti ħafna li mill-ħolqien ta' IMI m'għandniex bżonn nibagħtu skoss ittri lil ħafna awtoritajiet fi Stati Membri oħra."
(L-Ispettorati tax-Xogħol Ungeriż)


"L-IMI għenitna kontra aġenzija tal-impjieg temporanju fittizja u illegali li ma kinetx qed tħallas il-ħaddiema biżżejjed u li diġà kienet akkużata b'attività falza. L-informazzjoni prezzjuża li rċevejna mill-awtorità msieħba għenitna nibdew inkjesti simultanji fil-Belġju kollu. L-IMI hija pass 'il quddiem fl-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet."
(L-Awtorità tal-Ispezzjoni tax-Xogħol, il-Belġju)


"Tlabna lill-awtorità msieħba Ungeriża għar-rappreżentant estern ta' intrapriża u weġbuna wara ftit jiem. Mingħajr din l-informazzjoni ma kienx jirnexxielna nkomplu. Bl-IMI il-komunikazzjoni hija ħafna eħfef u rapida. L-awtoritajiet verament jagħmlu sforz biex iwieġbu l-mistoqsijiet kemm jista' jkun malajr. L-IMI saret strument essenzjali għal xogħolna."
(Il-Fond tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa ta' Vjenna, iċ-ċentru ta' kontroll tal-pagi u l-ippustjar tal-ħaddiema, l-Awstrija)

Kont taf li...? » « FUQ

Issa tista' tuża l-IMI biex issib ir-reġistri miżmuma minn awtoritajiet kullimkien fl-UE. Id-direttorju tar-reġistri tal-IMI jurik, bil-lingwa tiegħek stess, informazzjoni dwar il-kontenut tar-reġistru, il-kundizzjonijiet tal-aċċess u, jekk ir-reġistru jkun onlajn, link diretta għalih.

 

Issa tista' taqsam ir-rikjesta li tirċievi jekk ma tkunx kompetenti twieġeb il-mistoqsijiet kollha. Trid biss tagħżel il-mistoqsijiet u tibgħathom lill-awtorità pertinenti.


Malajr tista' toħloq rikjesta ġdida bbażata fuq waħda li diġà teżisti. Trid biss tagħżel liema partijiet tar-rikjesta l-"qadima" għandhom jiġu kkuppjati fuq il-"ġdida".

 

Issa tista' tibgħat rikjesta anki jekk tkun diġà aċċettajtha.

Sit web tal-IMI: http://ec.europa.eu/imi-net
Jekk ikollok xi kumment, jekk jogħġbok ibgħatilna email! imi-helpdesk@ec.europa.eu