Mogħdija tan-navigazzjoni

Press releases and News :: Ir-riforma tal-PKS – il-Kunsill jaqel dwar skadenza f'Ġunju

Ir-riforma tal-PKS – il-Kunsill jaqel dwar skadenza f'Ġunju

(08/02/2013) Il-Ministri tas-Sajd, fil-laqgħa tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar, appoġġjaw bis-sħiħ l-ambizzjonijiet tal-Presidenza Irlandiża li jintlaħaq ftehim politiku dwar ir-riforma tal-PKS qabel nofs l-2013.

F'seduta fejn ġiet ippreżentata fid-dettall l-aġenda tal-Presidenza l-ġdida għall-adozzjoni tar-riforma tal-PKS, il-Presidenza Irlandiża enfasizzat l-ispirtu ta' kompromess meħtieġ biex jintlaħaq ftehim dwar il-kwistjonijiet kollha. Dawn jinkludu l-projbizzjoni fuq ir-rimi, il-pjanijiet ta' ġestjoni pluriennali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS). Dwar dawn il-kwistjonijiet għad trid tiġi adottata pożizzjoni mill-Kunsill matul il-laqgħat il ġejjin.

Sabiex isir progress bil-programm tagħha, il-punti ta' qbil fl-approċċ ġenerali li diġà kienu ntlaħqu fil-Kunsill ta' Ġunju u Ottubru 2012 mhumiex ser jerġgħu jinfetħu.

Il-Ministri jappoġġjaw l-għanijiet u l-aġenda tal-Presidenza, u jenfasizzaw ċerti punti ta’ tħassib speċifiċi li jinkludu l-obbligi tal-iżbark, il-ħtieġa ta' sajd fuq skala żgħira, il-kriterji għall-allokazzjoni ta' finanzjament pubbliku, ir-riforma tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq (OKS) u l-importanza tal-akkwakultura.