Mogħdija tan-navigazzjoni

Press releases and News :: Il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-futur tagħhom

Il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-futur tagħhom

(19/12/2012) Il-Kummissjoni u l-Kunsilli Konsultattivi jiddiskutu kif jistgħu jimplimentaw ir-reġjonalizzazzjoni fil-Politika Komuni tas-Sajd il-ġdida

Il-Kummisjoni qed tikkonsulta mal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali dwar ir-rwol futur tagħhom u l-possibilità ta’ qafas ta’ governaza. Il-konsultazzjoni bdiet f’Settembru 2012 u hija mistennija li tiġi konkluża fir-rebbiegħa tal-2013. Għall-ewwel darba, ir-rappreżentanti tas-settur tal-akkwakultura huma inklużi f’dawn id-diskussjonijiet, għax il-Kummissjoni pproponiet il-ħolqien ta' Kunsill Konsultattiv dwar l-Akkwakultura.

Ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd ser tagħmilha possibbli li nimxu lejn teħid ta' deċiżjonijiet devoluti, fuq livel ta’ baċir ta’ baħar lokali, li għandu jinvolvi direttament lis-sajjieda u lill-partijiet interessati lokali. Il-Kunsilli Konsultattivi ser ikomplu jipprovdu pariri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. Huma ser ikunu involuti wkoll fit-tfassil ta' miżuri ta' ġestjoni tas-sajd maħsuba biex jintlaħqu l-objettivi definiti mill-Parlament u mill-Kunsill. Dan jipprovdi opportunità lis-sajjieda u lill-partijiet interessati li jaħdmu flimkien sabiex ifasslu miżuri li huma adattati skont il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull baċir tal-baħar.

Il-Kunsilli Konsultattivi huma lesti li jilqgħu l-isfidi ta’ ħidma f’kuntest reġjonalizzat. Huma jridu jkomplu jibnu fuq ix-xogħol li bdew u li jaħmu flimkien mal-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jifhmu x’inhu l-aħjar mod biex jikkontribwixxu għall-qafas ġdid ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet f’kuntest reġjonalizzat. Huma meħtieġa ppjanar kondiviż u qafas ċar ta’ kooperazzjoni. Fl-aħħar nett, rappreżentanti mis-settur tal-akkwakultura huma anzjużi li jibdew jaħdmu fuq it-twaqqif ta’ Kunsill Konsultattiv dwar l-Akkwakutura futur li għandu jippromwovi l-iżvilupp tal-akkwakultura fl-UE.