Mogħdija tan-navigazzjoni

Press releases and News :: Kunsill Sajd: Pass eqreb lejn ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd

Kunsill Sajd: Pass eqreb lejn ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd

(15/05/2013) Il-Ministri adottaw mandat rivedut biex jiffaċilitaw l-istadju tan-negozjati li jmiss bejn il-Presidenza Irlandiża u l-Parlament Ewropew dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd.

Il-Kummissarju Damanaki qalet:

“Il-Kunsill għamel pass kbir ’il quddiem u pprova tassew joqrob lejn il-pożizzjoni tal-Parlament tal-UE sabiex jinstab kompromess. Naħseb li huwa possibbli li jintlaħaq ftehim u nittama li nistgħu niffinalizzaw ftehim fl-ewwel qari taħt il-Presidenza Irlandiża. Neħtieġu ftehim ta’ malajr u dan jista’ jagħti l-opportunità lill-Kummissjoni biex tiffoka fuq kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni.

Neħtieġu li nsolvu l-prattiċitajiet u fl-istess ħin neħtieġu l-għajnuna tas-sajjieda tagħna biex naġġustaw għas-sitwazzjoni l-ġdida, għax din hija bidla radikali għal mod kif nistadu. Irridu nagħtu l-appoġġ kollu possibbli lis-settur tas-sajd tagħna u lill-amministrazzjonijiet tagħna. Naħseb li dalgħodu għandna aħbarijiet pożittivi u nittama li fil-ġimgħat li ġejjin, inkunu nistgħu naħdmu flimkien mal-Parlament u l-Kunsill biex niffaċilitaw il-proċedura biex naslu għal ftehim fl-ewwel qari.”