Mogħdija tan-navigazzjoni

Press releases and News :: Ir-Riforma tal-PKS: progress fil-Kunsill

Ir-Riforma tal-PKS: progress fil-Kunsill

(24/04/2013) Il-Kumitat għas-Sajd iltaqa' fil-Lussemburgu fit-22 ta' April, fejn seħħ skambju ta' opinjonijiet dwar ir-Regolament Bażiku tal-Politika Komuni tas-Sajd. Id-diskussjonijiet iffukaw fuq tliet mistoqsijiet imressqa mill-Presidenza Irlandiża lill-Ministri: (1) ftehim dwar l-iskeda taż-żmien sabiex jiġu konklużi n-negozjati mal-PE, bil-għan li jintlaħaq qbil politiku sas-sajf; (2) marġini għal flessibilità dwar kwistjonijiet ewlenin (MSY, il-projbizzjoni fuq ir-rimi, reġjonalizzazzjoni, il-ġestjoni tal-kapaċità tal-flotta); (3) kif ser nindirizzaw il-kwistjonijiet istituzzjonali relatati mal-pjanijiet pluriennali.

Il-Kummissarju Damanaki appoġġjat l-isforzi tal-Presidenza Irlandiża sabiex jintlaħaq ftehim mill-aktar fis, u qablet mal-valutazzjoni li l-konverġenza bejn il-pożizzjonijiet hija possibbli. Id-diskussjoni kienet pożittiva ħafna, u ppermettiet lill-Presidenza tikkonkludi li l-Ministri kienu qablu mal-approċċ tagħha dwar in-negozjati. Il-laqgħa li jmiss tal-Kunsill f’Mejju hija mistennija li tivvaluta r-riżultat tan-negozjati mal-PE, bil-ħsieb li jintlaħaq qbil politiku.

Aktar informazzjoni

Djalogu interistituzzjonali qed jiżviluppa dwar il-proposta għal riforma tal-PKS