Mogħdija tan-navigazzjoni

News :: Djalogu interistituzzjonali li qed jagħmel progress fir-rigward tal-proposta għal riforma tal-PKS

Djalogu interistituzzjonali li qed jagħmel progress fir-rigward tal-proposta għal riforma tal-PKS

(17/04/2013) Qed isiru trilogi bejn il-Parlament Ewropew (PE), il-Presidenza Irlandiża f’isem il-Kunsill u l-Kummissjoni, bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). S’issa saru erba’ laqgħat u huma skedati erbgħa oħra għall-futur, matul April u Mejju.

It-trilogi jiġu organizzati bħala parti mill-proċess ta’ kodeċiżjoni, sabiex ikun faċilitat kompromess bejn il-pożizzjonijiet tal-PE u tal-Kunsill. Huma strumenti ewlenin li jqarrbu l-pożizzjonijiet tal-istituzzjonijiet.

L-ewwel trilogi ntużaw għal aprezzament ġenerali tal-proposta u skambju ta’ opinjonijiet dwar il-pożizzjonijiet. Fil-laqgħat li ġejjin, il-proposta ser tkun riveduta mill-ġdid bil-għan li jintlaħaq ftehim ta’ kompromess bejn “il-koleġiżlaturi”, il-PE u l-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha rwol ta’ faċilitatur. It-trilogi huma mistennija li jwittu t-triq għal qbil politiku qabel it-tmiem tal-Presidenza Irlandiża.