Bħala parti mill-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar tal-Kummissjoni, issa jeżistu aktar opportunitajiet biex tikkontribwixxi għall-proċess tat-tfassil tal-liġijiet tal-UE.

Regolamentazzjoni aħjar: għaliex u kif

L-idea inizjali

Ibgħatilna l-opinjonijiet tiegħek dwar ideat inizjali għal liġijiet ġodda jew pjanijiet għal evalwazzjoni ta' liġijiet individwali u l-"kontroll tal-idoneità" ta' bosta liġijiet. L-azzjonijiet proposti jitpoġġew f'dokumenti msejħin pjanijiet direzzjonali u valutazzjonijiet tal-impatt tal-bidu.

Perjodu ta’ konsultazzjoni: 

- 4 ġimgħat

Agħti feedback dwar il-pjanijiet direzzjonali u l-valutazzjonijiet tal-impatt tal-bidu

(Pjanijiet direzzjonali u valutazzjonijiet tal-impatt tal-bidu ppubblikati qabel it-28 ta’ Frar 2017)

L-impatti potenzjali

Permezz tal-konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin tista' tesprimi l-opinjonijiet tiegħek dwar l-aspetti tal-valutazzjonijiet tal-impatt, qabel ma l-Kummissjoni tiffinalizza l-proposti tagħha. Il-valutazzjoni tal-impatt tkopri l-kwistjonijiet li jridu jiġu ttrattati, jekk jeħtiġilhiex tittieħed azzjoni fil-livell tal-UE u l-effetti potenzjali ta' soluzzjonijiet deskritti differenti.

Perjodu ta’ konsultazzjoni: 

- minimu ta’ 12-il ġimgħa

Ipparteċipa fil-konsultazzjonijiet pubbliċi

Il-proposta tal-Kummissjoni

Ladarba l-Kummissjoni tkun qablet dwar proposta leġiżlattiva u ppreżentatha għall-adozzjoni mill-Parlament u mill-Kunsill tal-UE, inti tista’ tagħti l-feedback tiegħek dwarha u dwar ir-rapport ippubblikat tal-valutazzjoni tal-impatt. Il-Kummissjoni tiġbor l-opinjonijiet tiegħek u tippreżentahom lill-Parlament u lill-Kunsill.

Perjodu ta' feedback: 

- 8 ġimgħat wara l-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni bil-lingwi kollha tal-UE

Agħti feedback dwar il-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni

(Il-proposti leġiżlattivi ppubblikati qabel it-28 ta’ Frar 2017)

Evalwazzjonijiet u kontrolli tal-idoneità

Permezz tal-konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin int tista' tikkontribwixxi għall-evalwazzjonijiet u għall-kontrolli tal-idoneità dwar kif il-liġijiet eżistenti qed jiffunzjonaw fil-prattika.

Perjodu ta’ konsultazzjoni: 

- minimu ta’ 12-il ġimgħa

Ipparteċipa fil-konsultazzjonijiet pubbliċi

L-abbozzi ta' atti ta’ implimentazzjoni u delegati

Tista' tesprimi l-opinjonijiet tiegħek dwar l-abbozzi tat-testi tal-atti tal-Kummissjoni li jew jemendaw jew inkella jissupplementaw elementi mhux essenzjali ta' liġijiet eżistenti, permezz ta' atti delegati, jew tispeċifika l-kundizzjoniiet għal liġijiet eżistenti sabiex ikunu implimentati bl-istess mod mal-UE kollha, permezz tal-atti ta' implimentazzjoni.

Perjodu ta' feedback:

- 4 ġimgħat

Aqsam l-opinjonijiet tiegħek dwar l-abbozz tal-atti ta' implimentazzjoni u delegati 

Kif jistgħu jittejbu l-liġijiet eżistenti

Fi kwalunkwe ħin, tista’ tgħidilna kif taħseb li l-liġijiet eżistenti jistgħu jkunu aħjar. Il-Kummissjoni se teżamina s-suġġerimenti tiegħek biex tissimplifika l-liġijiet tal-UE u jitnaqqas il-piż regolatorju. L-ideat tiegħek jistgħu jiġu sottomessi lill-Pjattaforma REFIT

Perjodu ta' feedback: kull ħin

Aqsam l-opinjonijiet tiegħek dwar kif jiġu ssimplifikati r-regolamenti tal-UE

Opportunitajiet oħra

Il-Kummissjoni tista’ wkoll tikkonsulta dwar tipi oħra ta’ dokumenti. Pereżempju dwar il-green papers, imnedijin mill-Kummissjoni biex jistimulaw id-diskussjoni dwar temi partikulari fil-livell Ewropew.

Perjodu ta’ konsultazzjoni: 

- minimu ta’ 12-il ġimgħa

Ipparteċipa fil-konsultazzjonijiet pubbliċi

Fittex konsultazzjonijiet magħluqa

Kalendarju ta’ ppjanar ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi li dalwaqt jitħabbru

Abbona

Abbona għall-email ta' notifiki dwar pjanijiet direzzjonali, valutazzjonijiet tal-impatt tal-bidu u konsultazzjonijiet pubbliċi ġodda.

Trasparenza

Jekk tirrappreżenta organizzazzjoni jew int persuna li taħdem għal rasek li qed twettaq attivitajiet li jinfluwenzaw il-proċessi deċiżjonali tal-UE, żid id-dettalji tiegħek fir-Reġistru ta’ Trasparenza tal-UE, bażi tad-dejta onlajn, qabel ma tibgħatilna l-kontribuzzjonijiet tiegħek.