Mobilità

Daż-żmien, dejjem iktar professjonisti tas-saħħa jiddeċiedu li jfittxu opportunitajiet ta' xogħol u ta' taħriġ f'pajjiż ieħor tal-UE.

Minbarra l-benefiċċji għall-individwi kkonċernati, dan jista' jgħin biex jonqsu l-iżbilanċi bejn il-pajjiżi li għandhom wisq jew ftit professjonisti f'ċerti oqsma.

Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali

Id-Direttiva 2005/36/KE dwar il-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali waqqfet qafas legali għall-Ewropea kollha li tippermetti lill-pajjiżi jirrikonoxxu l-kwalifiki ta' xulxin.

Il-professjonisti tas-saħħa (tobba, infermiera, qwiebel, dentisti, spiżjara, veterinarji) għandhom rikonoxximent awtomatiku - jiġifieri jekk int tipprattika l-professjoni tiegħek f'pajjiżek, int awtomatikament intitolat li tipprattikaha fejn trid fl-UE. Għal dawn il-professjonisti, il-ħtiġijiet minimi ta' taħriġ ġew armonizzati fuq livell tal-UE.

Il-Kummissjoni ipproponiet li timmodernizza d-direttiva dwar il-kwalifiki professjonali sabiex tissimplifika r-regoli u tagħmilha eħfef għall-professjonisti tas-saħħa u professjonijiet regolati oħra li jipprattikaw f'pajjiżi oħra tal-UE.

Kwalifiki professjonali - iktar informazzjoni

Mobilità u migrazzjoni tal-professjonisti tas-saħħa - iktar informazzjoni Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)