Tilqim

Politika

It-tilqim - l-immunità tan-nies kontra mard ikkważat mill-vajrus u l-batteri - huwa bla dubju waħda mill-miżuri l-iktar kost effettiva disponibbli għas-saħħa pubblika. Tilqim mifrux qered il-ġidri u wassal biex l-Ewropa teħles mill-poljo.

Fuq livell nazzjonali

Il-pajjiżi tal-UE kollha jirrakkomandaw tilqim kontra mard serju li xi kultant jista' joqtol. Madanakollu, ċertu tilqim jibqa' ma jitqies il-valur tiegħu u ma jintużax biżżejjed.

Fuq livell tal-UE

Biex tappoġġja lill-pajjiżi tal-UE biex iżommu jew iżidu r-rati ta' tilqim kontra mard li għandu tilqim kontrih, il-Kummissjoni tal-UE qegħda:

  • tgħin fl-introduzzjoni tat-tilqim kontra l-kanċer ċervikali 
  • tippromovi t-tilqim kontra l-influwenza staġonali għal dawk fir-riskju li jimirdu serjament jekk taqbadhom l-influwenza ('gruppi f'riskju') Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill adottata fit-22 Diċembru 2009 tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE biex jimpenjaw ruħhom biex sax-xitwa tal-2014/2015, ikunu laqqmu 75% ta' dawk fil-gruppi f'riskju kontra l-influwenza staġonali kull sena
  • tinkoraġġixxi lill-pajjiżi tal-UE biex jiżguraw li kemm jista' jkun tfal jieħdu t-tilqim prinċipali tat-tfulija.

Il-Kummissjoni għenet lill-pajjiżi tal-UE jiżviluppaw strateġija ta' tilqim kontra l-influwenza H1N1 pandemika  (magħrufa bħala l-"influwenza tal-ħnieżer")