Influwenza

It-tilqim għandu rwol vitali fil-protezzjoni tan-nies kontra l-influwenza.

Il-Kummissjoni taħdem ma' għadd ta' gruppi biex tiżgura li l-Ewropej jkollhom aċċess għal tilqim sikur u effettiv:

Tilqim staġjonali

Vajrusis tal-influwenza staġjonali jinbidlu kull sena. Għalhekk it-tilqim irid ikun aġġornat kull sena biex dan jaħdem. Għalkemm jeżisti tilqim sikur u effettiv, ma jitlaqqmux biżżejjed Ewropej.

Fit-22 ta' Diċembru 2009 il-Kunsill Ewropej adotta rakkomandazzjoni dwar it-tilqim kontra l-influwenza staġonali biex jipprova jlaqqam iktar nies fil-grupp fir-riskju - 75% sal-2015.

Tilqim kontra l-pandemiċi

Meta jkun hemm pandemija, ma jkunx jista' jiġi prodott tilqim sakemm ikun identifat il-vajrus ġdid li jkun qed jikkawża l-pandemija. Hemm bżonn ta' għadd ta' xhur qabel tilqim kontra pandemija speċifika jkun disponibbli.

Il-Kummissjoni ħadmet mal-EMA biex tħaffef il-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni ladarba tkun dikjarata pandemija. Billi l-awtorizzazzjonijiet huma bbażat fuq dejta limitata, il-Kummissjoni ħadmet ukoll mal-EMA, l-ECDC u partijiet interessati oħra biex toħloq sistema effettiva għall-monitoraġġ tar-reazzjonijiet negattivi meta jibda jintuża t-tilqim.

Meta jkun hawn pandemija, il-Kummissjoni tgħin ukoll lill-pajjiżi tal-UE biex jikkordinaw ir-rispons tagħhom - inklużi miżuri marbuta mat-tilqim.

Fl-2009, il-Kummissjoni għenet lill-pajjiżi tal-UE jiżviluppaw strateġija ta' tilqim kontra l-influwenza H1N1 pandemika Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) (magħrufa bħala l-"influwenza tal-ħnieżer")