Tilqim

Tilqim fit-tfulija

It-tilqim huwa mod sikur u kosteffettiv għall-ħarsien tan-nies – speċjalment trabi u tfal żgħar – minn ċertu mard infettuż.
Il-pajjiżi tal-UE kollha għandhom 'skeda ta' tilqim', b'rakkomandazzjonijiet dwar liema vaċċini għandhom jingħataw fl-etajiet varji matul it-tfulija. Madankollu, wisq tfal fl-Ewropa jibqgħu mhux imlaqqma u b'hekk jinsabu potenzjalment vulnerabbli għal mard gravi.

Intejbu r-rati tat-tilqim tat-tfal fil-livell tal-UE

Wara ftehim dwar il-ħtieġa li jissaħaħ it-tilqim fit-tfulija fil-livell tal-UE l-konklużjonijiet tal-Kunsill 2011 dwar l-immunizzazzjoni fit-tfulija, il-Kummissjoni (flimkien maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA)) qiegħda tappoġġja l-pajjiżi tal-UE:

  • tagħti pariri dwar l-aħjar miżuri matul tixrid tal-mard li jeżisti t-tilqim kontrih
  • tipprovdi finanzjament ta' proġetti  għall-Immunizzazzjoni permezz tal-Programm tas-Saħħa
  • tħeġġeġ it-titjib tad-dejta għas-sorveljanza tal-kopertura tat-tilqim (permezz tan-netwerk VENICE)
  • tħeġġeġ l-assoċjazzjonijiet Ewropej ta' professjonisti għall-kura tas-saħħa biex jgħinu favur it-tilqim fit-tfulija mal-ġenituri
  • tiffavorixxi informazzjoni oġġettiva, ibbażata fuq evidenza għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa (eż.ir-rapporti ta’Valutazzjoni Pubblika Ewropea) u l-pubbliku (eż. l-ECDC TV).