Kooperazzjoni internazzjonali għal dinja mingħajr tabakk

L-UE qed taħdem ukoll mal-imsieħba internazzjonali biex jitnaqqas il-konsum tat-tabakk fid-dinja. Il-Konvenzjoni ta' Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (FCTC) hi trattat internazzjonali dwar is-saħħa, b'177 Firmatarju minn madwar id-dinja bħalissa. Sa mill-ħolqien tagħha fl-2005, żiedet fl-influwenza bħala entità leġiżlattiva u ta’ tfassil tal-politika globali. L-Istati Membri tal-UE flimkien mal-Kummissjoni Ewropea huma msieħba attivi f’dan il-proċess.

Laqgħat tal-partijiet tal-Konvenzjoni

Konferenzi tal-Partijiet tal-Konvenzjoni jsiru kull sentejn. Il-Partijiet jieħdu deċiżjonijiet u jadottaw protokolli u linji gwida. Il-Konferenza tal-Partijiet tieħu ħsieb ukoll l-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni.

Linji gwida

Għadd ta' linji gwida ġew adottati mill-Konferenza tal-Partijiet:

Linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5.3 tad-WHO FCTC (Protezzjoni tal-politiki tas-saħħa pubblika fir-rigward tal-kontroll tat-tabakk minn interessi kummerċjali jew personali fl-industrija tat-tabakk)
Linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 8 tad-WHO FCTC (Protezzjoni mill-esponiment għad-duħħan tat-tabakk)
Linji gwida parzjali għall-implimentazzjoni tal-Artikolu tad-WHO FCTC (Regolament tal-kontenuti tal-prodotti tat-tabakk u regolament dwar l-informazzjoni li trid tidher fuq il-prodotti tat-tabakk)
Linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 11 tad-WHO FCTC (Pakketti u tikketti tal-prodotti tat-tabakk)
Linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 12 tad-WHO FCTC (Edukazzjoni, komunikazzjoni, taħriġ u għarfien pubbliku)
Linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 13 tad-WHO FCTC (Pubbliċità, promozzjoni u sponsorship tat-tabakk)
Linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 14 tad-WHO FCTC (Miżuri għat-tnaqqis tad-domanda li jikkonċernaw id-dipendenza u l-waqfien tat-tabakk)