Ambjent mingħajr tipjip

Skont stimi konservattivi, fl-2002 aktar minn 79 000 adult, inklużi 19 000 li ma jpejpux, mietu fl-UE-25 minħabba esponiment għat-tipjip tat-tabakk fid-dar (72 000) u fuq il-post tax-xogħol tagħhom (7 300).

Stħarriġ ta' Ewrobarometru Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) ta' Marzu 2009 sab li 84% taċ-ċittadini tal-UE favur li uffiċċji u postijiet tax-xogħol fuq ġewwa oħrajn ikunu bla tipjip, 79% favur restoranti bla tipjip, u 61% jappoġġjaw ħwienet tax-xorb bla tipjip.

Nipproteġu liċ-ċittadini tal-UE minn tipjip passiv

Bħalissa hemm 17-il pajjiż tal-UE li għandhom fis-seħħ liġijiet komprensivi li jipprojbixxu t-tipjip. Fosthom l-Irlanda, ir-Renju Unit, il-Greċja, il-Bulgarija, Malta, Spanja u l-Ungerija għandhom l-aktar dispożizzjonijiet stretti dwar postijiet bla tipjip bi projbizzjoni sħiħa fuq it-tipjip f'postijiet pubbliċi magħluqin, fit-trasport pubbliku u fil-postijiet tax-xogħol, fejn jitħallew biss eċċezzjonijiet limitati.

Status dwar id-diversi regolamenti li jipprojbixxu t-tipjip fl-UE

Fi Frar 2013 il-Kummissjoni ppubblikat rapport li jiġbor fil-qosor l-istat tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar ambjenti bla tipjip tal-2009. Ir-rapport isib li: L-istatus dwar id-diversi regolamenti li jipprojbixxu t-tipjip fl-UE:

  • Il-pajjiżi kollha tal-UE adottaw miżuri biex jipproteġu kontra l-esponiment tat-tipjip tat-tabakk. Il-miżuri nazzjonali jvarjaw b’mod konsiderevoli fil-firxa u fl-ambitu. Ġew introdotti miżuri stretti mill-Irlanda, ir-Renju Unit, il-Greċja, l-Ungerija, il-Bulgarija, Malta u Spanja.
  • L-infurzar jidher li hu problema f’xi Stati Membri. Il-leġiżlazzjoni kumplessa (jiġifieri leġiżlazzjoni li fiha eżenzjonijiet) hi partikularment diffiċli biex tiġi inforzata.
  • Ir-rati ta’ esponiment attwali għaċ-ċittadini tal-UE niżlu mill-2009 sal-2012, p.e. għal ċittadini li jżuru ħwienet tax-xorb ir-rata ta’ esponiment naqset minn 46% għal 28%).
  • Il-Belġju, Spanja u l-Polonja huma eżempji ta' pajjiżi fejn l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni komprensiva wasslet fi żmien qasir għal tnaqqis tassew sinifikanti fir-rati ta' esponiment għat-tipjip tat-tabakk.
  • L-effettipożittivi fuq is-saħħa tal-leġiżlazzjoni għal ambjent bla tipjip huma immedjati u jinkludu tnaqqis fl-inċidenza tal-attakki tal-qalb u titjib fis-saħħa respiratorja. L-effett ekonomiku tal-leġiżlazzjoni li tipprojbixxi t-tipjip hu pożittiv jew newtrali.
Ara r-rapport dwar diversi regolamenti li jipprojbixxu t-tipjip fl-UE bħala: 
  • Ħarsa ġenerali ddettaljata Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)  tal-leġiżlazzjoni fl-UE
  • Tabella Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) tal-leġiżlazzjoni li tipprojbixxi t-tipjip u l-implimentazzjoni tagħha fl-UE
  • Rapport ta’ implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni mill-Istati Membri Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar ambjenti bla tipjip ġiet adottata, bħala riżultat ta' konsultazzjoni Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) u ta' proċess leġiżlattiv, fit-30 ta' Novembru 2009, hi tappella lill-Istati Membri biex jaġixxu fi tliet direzzjonijiet:

  • Jadottaw u jimplimentaw liġijiet biex jipproteġu b’mod sħiħ iċ-ċittadini tagħhom mill-esponiment tat-tipjip tat-tabakk f’bini pubbliku fil-magħluq, fil-postijiet tax-xogħol u fit-trasport pubbliku fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni.
  • Isaħħu l-liġijiet li jipprojbixxu t-tipjip b'miżuri ta' sostenn, bħalma huma dawk li jipproteġu lit-tfal, li jinkuraġġixxu l-isforzi biex wieħed jieqaf juża t-tabakk u t-twissijiet bi stampi fuq pakketti tat-tabakk.
  • Isaħħu l-koperazzjoni fil-livell tal-UE billi jistabbilixxu netwerk ta’ punti nazzjonali ta’ ffukar għall-kontroll tat-tabakk.

Stqarrijiet għall-istampa

Dokumenti relatati

Dokumenti ewlenin dwar ambjenti bla tipjip Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)