Tabakk

Regolament dwar il-prodotti

Id-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk (2014/40/EU) , daħlet fis-seħħ fid-19 ta' Mejju 2014 u saret applikabbli fl-Istati Membri tal-UE fl-20 ta' Mejju 2016. Id-Direttiva tistipola r-regoli li jmexxu l-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati. Dawn jinkludu sigaretti, tabakk tal-brim, tabakk tal-pipa, sigarri, sigarri żgħar, tabakk ta' bla duħħan, sigaretti elettroniċi u prodotti erbali għat-tipjip.

B’mod partikolari, id-Direttiva:

  • tipprojbixxi s-sigaretti u t-tabakk tal-brim b'togħmiet karatterizzanti,
  • tirrekjedi l-industrija tat-tabakk tibgħat rapporti fid-dettall lill-Pajjiżi Membri dwar l-ingredjenti użati fil-prodotti tat-tabakk, b'mod partikolari s-sigaretti u t-tabakk tal-brim,
  • tirrekjedi li jidhru avviżi dwar is-saħħa fuq il-pakketti tat-tabakk u prodotti relatati. Avviżi mżewqa (stampa u test) dwar is-saħħa jridu jiksu 65% minn quddiem u wara tal-pakketti tas-sigaretti u tat-tabakk tal-brim,
  • tistipula daqsijiet minimi għat-twissijiet u telimina l-pakketti żgħar għal ċerti prodotti tat-tabakk,
  • tipprojbixxi elementi promozzjonali u qarrieqa dwar il-prodotti tat-tabakk,
  • iddaħħal traċċar fl-UE kollha biex tegħleb il-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk,
  • tippermetti l-Istati Membri jipprojbixxu bejgħ fuq l-internet tat-tabakk u prodotti relatati,
  • tistipola rekwiżiti ta' kwalità u sikurezza għall-konsumaturi dwar is-sigaretti elettroniċi, u
  • tobbliga l-kumpaniji javżaw dwar prodotti ġodda tat-tabakk qabel iqiegħduhom fis-suq tal-UE.