Prodotti tat-tabakk

Id-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk (2014/40/UE)pdf(2 MB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) hrvatski (hr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) , li tieħu post id-Direttiva (2001/37/KE), tistipola r-regoli li jmexxu l-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati. Dawn jinkludu sigaretti, tabakk tal-brim, tabakk tal-pipa, sigarri, sigarri żgħar, tabakk ta' bla duħħan, sigaretti elettroniċi u prodotti erbali għat-tipjip.

B’mod partikolari, id-Direttiva:

  • tipprojbixxi s-sigaretti u t-tabakk tal-brim b'togħmiet karatterizzanti,
  • tirrekjedi l-industrija tat-tabakk tibgħat rapporti fid-dettall lill-Pajjiżi Membri dwar l-ingredjenti użati fil-prodotti tat-tabakk, b'mod partikolari s-sigaretti u t-tabakk tal-brim,
  • tirrekjedi li jidhru avviżi dwar is-saħħa fuq il-pakketti tat-tabakk u prodotti relatati. Avviżi mżewqa (stampa u test) dwar is-saħħa jridu jiksu 65% minn quddiem u wara tal-pakketti tas-sigaretti u tat-tabakk tal-brim,
  • tistipula daqsijiet minimi għat-twissijiet u telimina l-pakketti żgħar għal ċerti prodotti tat-tabakk,
  • tipprojbixxi elementi promozzjonali u qarrieqa dwar il-prodotti tat-tabakk,
  • iddaħħal traċċar fl-UE kollha biex tegħleb il-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk,
  • tippermetti l-Istati Membri jipprojbixxu bejgħ fuq l-internet tat-tabakk u prodotti relatati,
  • tistipola rekwiżiti ta' kwalità u sikurezza għall-konsumaturi dwar is-sigaretti elettroniċi,
  • tobbliga l-kumpaniji javżaw dwar prodotti ġodda tat-tabakk qabel iqiegħduhom fis-suq tal-UE.

Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk

Il-Kummissjoni Ewropea bħalissa qed taħdem fuq l-iżvilupp ta' regoli aktar dettaljati f'xi oqsma biex tgħin l-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva 2014/40/UE Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en) .

Materjal tal-istampa

Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk

Id-Direttiva l-ġdida hija bbażata fuq il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk riveduta Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel Deutsch (de) English (en) français (fr) .

Aktar informazzjoni dwar ir-Reviżjoni:

  • Reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk - Stadji ewlenin fil-proċess leġiżlattiv Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel English (en)

Links relevanti: