Politika

"Li nieqaf mit-tipjip kienet l-eħfef ħaġa li qatt għamilt, għandi għaliex nafha din għax għamiltha elf darba", Mark Twain.

Il-konsum tat-tabakk hu l-uniku l-akbar riskju għas-saħħa fl-Unjoni Ewropea li jista' jiġi evitat. Hu l-kawża l-aktar sinifikanti ta' mewt primatura fl-UE, responsabbli għal kważi 700,000 mewta fis-sena. Madwar 50% ta' dawk li jpejpu jmutu qabel iż-żmien (b'medja ta' 14-il sena aktar kmieni).

Barra dan, dawk li jpejpu jkollhom aktar snin f'saħħa ħażina. Ħafna forom ta' kansers, mard kardjuvaskulari u respiratorju hu relatat mal-użu tat-tabakk, li jikkawża aktar problemi mill-alkoħol, id-drogi, il-pressjoni għolja, il-piż żejjed jew il-kolesterol.

Minkejja l-progress konsiderevoli li sar dawn l-aħħar snin, l-għadd ta' dawk li jpejpu fl-UE għadu għoli – 28% tal-popolazzjoni inġenerali u 29% taż-żgħażagħ Ewropej bejn il-15 u l-24 sena.

Prijoritajiet politiċi

Biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ħadu diversi miżuri dwar il-kontroll tat-tabakk f'sura ta' leġiżlazzjoni, rakkomandazzjonijiet u kampanji ta' informazjoni.

Dawn il-miżuri ta' politika jinkludu:

Minn perspettiva ta' saħħa pubblika, il-miżuri għandhom l-għan li jipproteġu liċ-ċittadini mill-effetti perikolużi tat-tipjip u minn forom oħrajn ta' konsum ta' tabakk, inkluż it-tipjip passiv. B’mod kruċjali, għandhom l-għan li jgħinu lil dawk li jpejpu biex jieqfu jew li ma jibdew ipejpu xejn. Qed tingħata attenzjoni partikulari għat-tipjip fost iż-żgħażagħ, billi t-tabakk hu prodott vizzjuż u 94% ta' dawk li jpejpu jibdew ipejpu qabel ma jilħqu l-età ta' 25 sena.

Prodotti tat-tabakk

Billi jikkunsdiraw il-kummerċ sinifikanti bejn il-fruntieri ta' prodotti tat-tabakk u l-leġiżlazzjoni diverġenti nazzjonali, ir-regoli tal-UE huma neċessarji għal dawn il-prodotti. Ir-regoli jiżguraw li l-konsumaturi kollha jkunu protetti b’mod ugwali madwar l-UE. Id-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) il-ġdida li tirregola l-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u ta' prodotti relatati kienet approvata formalment mill-Parlament Ewropew fis-26 ta' Frar 2014. Issa se tkun trasmessa għall-adozzjoni uffiċjali mill-Kunsill, u wara dan ir-regoli l-ġodda se jidħlu fis-seħħ.

Internazzjonali

L-UE qiegħda taħdem ukoll ma msieħba internazzjonali Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) biex tnaqqas il-konsum tat-tabakk fuq skala dinjija. L-Istati Membri tal-UE, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, huma msieħba attivi fil-Konvenzjoni tal-Qafas ta' Ħidma tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC), trattat internazzjonali li jorbot legalment li għandu l-għan li jnaqqas l-impatti ta' ħsara fuq is-saħħa u l-ekonomija kkawżati mill-konsum tat-tabakk.